Għeżież ĊAMYouths, Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li qegħdin niftħu l-applikazzjonijiet għall-esperjenza mas-subien tad-Dar ta' San Gużepp ġewwa St. Venera. L-esperjenza ser issir bejn it-23 ta' Lulju u t-30 t'Awwissu 2012. Is-subien huma ta' eta bejn il-5 u l-15-il sena. Fl-esperjenza l-voluntiera huma mistennija li jqattgħu ħin mat-tfal f'attivitajiet edukattivi, ta' sports, ta' crafts u attivitajiet oħra. Il-voluntiera jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom normali tas-sajf u jagħtu availabilities meta jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom f'din l-esperjenza. Il-parti kbira tal-esperjenza ssir wara nofsinhar u filgħaxija. Nissuġġerixxu li l-voluntiera joffru aktar minn ġurnata waħda fil-ġimgha biex b'hekk tkun esperjenza ta' ġid kemm għall-voluntiera infushom u għat-tfal li ser ikunu maghhom. Il-voluntiera iridu jimxu mar-regoli tal-voluntiera tad-Dar ta' San Ġużepp. L-esperjenza tirrikjedi wkoll laqgħat ta' preparazzjoni qabel is-Sajf. Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi żżuru l-website tagħna www.camyouths.com > Events > SJH 2012. Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Adrian f'isem Leadership Committee |
Home >