Għeżież ĊAMYouths, F'din is-sena ddedikata għall-volontarjat, nixtiequ nħabbru li qegħdin niftħu l-applikazzjonijiet għall-esperjenza mas-subien tad-Dar ta' San Gużepp ġewwa St. Venera. L-esperjenza ser issir bejn it-18 ta' Lulju u t-2 ta' Settembru 2011. Is-subien huma ta' eta bejn il-5 u l-15-il sena. Fl-eseperjenza l-voluntiera huma mistennija li jqattgħu ħin mat-tfal f'attivitajiet edukattivi, ta' sports, ta' crafts u attivitajiet oħra. Il-voluntiera jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom normali tas-sajf u jagħtu l-availibilities meta jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom f'din l-esperjenza. Il-parti kbira tal-esperjenza ssir wara nofsinhar u filgħaxija. Nissuggerixxu li l-voluntiera joffru aktar minn ġurnata waħda fil-ġimgha biex b'hekk tkun esperjenza ta' ġid kemm għall-voluntiera infushom u għat-tfal li ser ikunu maghhom. Il-voluntiera iridu jimxu mar-regoli tal-voluntiera tad-Dar ta' San Ġużepp. L-esperjenza tirrikjedi wkoll laqgħat ta' preparazzjoni qabel is-Sajf. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 2 ta' Mejju fil-5 ta' filgħaxija. Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Adrian f'isem Leadership Committee |
Home >