Home‎ > ‎

SJH 2013

​Għeżież ĊAMYouths,

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li qegħdin niftħu l-applikazzjonijiet għall-esperjenza mas-subien tad-Dar ta' San Gużepp ġewwa St. Venera. L-esperjenza ser issir bejn it-22 ta' Lulju u d-29 t'Awwissu 2013. Is-subien huma ta' eta bejn il-5 u l-15-il sena.

Fl-esperjenza l-voluntiera huma mistennija li jqattgħu ħin mat-tfal f'attivitajiet edukattivi, ta' sports, ta' crafts u attivitajiet oħra. Il-voluntiera jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom normali tas-sajf u jagħtu availabilities meta jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom f'din l-esperjenza. Il-parti kbira tal-esperjenza ssir wara nofsinhar u filgħaxija.

Nissuġġerixxu li l-voluntiera joffru aktar minn ġurnata waħda fil-ġimgha biex b'hekk tkun esperjenza ta' ġid kemm għall-voluntiera infushom u għat-tfal li ser ikunu maghhom. Kif ukoll hu mitlub mill-applikanti li jkunu disponibbli għat-tul tal-esperjenza kollha. Il-voluntiera iridu jimxu mar-regoli tal-voluntiera tad-Dar ta' San Ġużepp.

L-esperjenza tirrikjedi wkoll laqgħat ta' preparazzjoni qabel is-Sajf. L-attendenza fil-laqgħat ta' preparazzjoni hi mitluba minm min japplika.

Applikanti li mhux membri ta' ĊAMYouths ser jiġu ssuġġeriti lid-direttur tad-dar.

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna.

L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Erbgħa 27 ta' Marzu 2013 fil-5 ta' filgħaxija.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Adrian
f'isem
Leadership Committee

SJH 2013 - Application Form