Ħbieb, Bi pjaċir nistednukom għal attivita' ġdida li qed jorganizza ĊAMYouths nhar it-23 ta' Ottubru fid-Dar ta' San Ġużepp (Santa Venera). Għalkemm l-okkażjoni hija nhar Mission Sunday, biss din is-sena ha tkun fuq skala ikbar u ser tagħti l-opportunita' sabiex il-familjari u nies qrib tagħkom isiru jafu ftit x'inhu ĊAMYouths u l-ispirtu li nħaddnu bħala membri u komunitajiet. Bħal ma jidher fil-poster li qed jintbagħat ma' din l-email, it-tema hija 'Re-uniting..Mission Sunday' peress li din l-attivita' ser toffri l-opportunita' li niltaqgħu ma' dawk in-nies li b'xi mod jew ieħor gawdew mill-ispirtu sabiħ ta' ĊAMYouths u ghalhekk ghal din l-okkazjoni nħeġġukom tistidnu lil dawk l-individwi li b'xi mod jew ieħor taw sehemhom fil-passat f'xi volontarjat jew esperjenzi kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Nisperaw li tattendu bi ħġarkom (speċjalment dawk minnkom li ilna ftit ma naraw) sabiex niċċelebraw din l-okkazjoni u nġeddu l-memorji sbieħ tal-mumenti li qattajna flimkien. Fl-istess ħin, bl-attendenza tagħkom ser tkun qed tgħinu sabiex jibdew jinġabru il-fondi għall-premises ġodda li rridu nirranġaw u li għad ikun "id-dar ta' ĊAMYouths". Għal din l-okkażjoni mistednin membri, familjari tagħkom u ħbieb oħra ta' ĊAMYouths inklużi l-MSSP u l-grupp ta' Lajċi MSSP. Id-dettalji ta din l-attivita' huma dawn: Post: Dar San Ġuzepp (Santa Venera) Data: Il-Ħadd, 23 ta' Ottubru 2011 Ħin: 4pm-9pm Ħlas: €5 (entrance fee) - tfal taħt l-10 snin jidħlu b'xejn Peress li l-ammont ta' nies huwa limitat minħabba l-post, qed nitolbu li jekk bi ħsiebek tiġi, tagħmel online booking billi taghfsu fuq din il-link: http://forms.camyouths.com/reuniting Fuq queries relatati ma' tickets, ibgħatulna fuq ms2011-tickets(at)camyouths.com. Il-programm jibda fl-4pm b'quddiesa bit-tema "Love will change the world" u jkompli b'attivitajiet. Ser ikun hemm stalls għall-bejgħ ta' ikel u xorb. Apparti minn hekk, ser ikun hemm post fejn it-tfal ikollhom attivitajiet apposta għalihom waqt li l-ġenituri jkunu jistgħu jgawdu is-serata. Peress li l-postijiet huma limitati, nerġa nħeġġiġkom biex tibdew tibbukjaw minn kmieni sabiex ma tkunux diżappuntati! :)) Nisperaw li narawkom! Sharon f'isem Mission Sunday PR Team |
Home >