Home‎ > ‎

Napoli 2012 - L-applikazzjonijiet miftuħin!

posted 18 Feb 2012, 05:33 by CAMYouths Admin
Għeżież,

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li ĊAMYouths ser nerġgħu norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa Napli. Bħas-soltu ser inkunu qegħdin ngħinu lis-Sorijiet Missjunarji tal-Karita (Is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

L-esperjenza hija mqassma fuq 4 ġimgħat u preferibilment wieħed għandu jibqa' għall-esperjenza kollha.  Madanakollu, kandidati li jistgħu jagħmlu din l-esperjenza għal ġimgħatejn biss jiġu kkunsidrati wkoll. L-esperjenza ser issir bejn l-14 ta' Lulju u t-12 t'Awwissu 2012.

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi żżuru l-website tagħna www.camyouths.com > Events > Napoli 2012.

L-applikazzjonijiet jagħlqu il-Ħadd 25 ta' Marzu 2012 fil-5 ta' filgħaxija.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Adrian
f'isem Leadership Committee