Home‎ > ‎

Napoli 2014

Għeżież,

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li ĊAMYouths ser nerġgħu norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa Napli. Bħas-soltu ser inkunu qegħdin ngħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

L-esperjenza hija mqassma fuq 4 ġimgħat u preferibilment wieħed għandu jibqa' għall-esperjenza kollha.  Madanakollu, kandidati li jistgħu jagħmlu din l-esperjenza għal ġimgħatejn biss jiġu kkunsidrati wkoll. L-esperjenza ser issir bejn it-12 ta' Lulju u l-10 t'Awwissu 2014 (Id-dati huma ndikattivi u jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tal-esperjenza).

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna.

L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħadd, 9 ta' Marzu 2014.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Chris
f'isem Leadership Committee


Napoli 2014 -- Application Form