Home‎ > ‎

LC: Inizjattivi Ġodda

posted 12 Sept 2011, 13:02 by Unknown user
Hi all

Kif intom?

Matul ĊAMKamp l-LC flimkien ma' Konnekxins ħabbarna żewġ inizzjattivi ġodda.

1. Ħloqna Facebook group biex il-membri ta' ĊAMYouths ikunu jistgħu jaqsmu ideat, inizzjativi tagħhom personali jew li jolqtuhom, jew affarijiet oħra ta' nteress għal membri ta' ĊAMYouths. L-email 'everyone(at)camyouths.com' ser jibda jintuża biss għall-affarijiet uffiċjali.

Hu post ukoll fejn il-komunitajiet, LC, ST u teams oħra jistgħu jibgħatu x'inhuma jagħmlu jew x'inizzjattivi li jkunu ser jagħmlu. Il-grupp hu wieħed esklussiv għall-membri ta' ĊAMYouths u biex persuna tiġi nkluża trid tiġi mistiedna minn xi ħadd ieħor. Għalhekk jekk persuni fil-komunita tagħkom għadhom mhux inklużi fil-grupp stednuhom biex jidħlu. Fl-aħħar il-persuna trid tiġi aċċetta mill-administrators tal-grupp.

http://www.facebook.com/groups/camyouths/

2. It-tieni inizzjattiva hi kif nikkomunikaw opportunitajiet tal-EU/SKOP u konferenzi oħra minn Malta. Biex nevitaw li nibgħatu ħafna emails qegħdin noħolqu database li tinstab fil-website ta' ĊAMYouths : http://www.camyouths.com/home/resources/eu-skop-opportunities

Barra minn hekk kull nhar ta' Erbgħa filgħodu ser tibda tintbgħat email b'PDF bl-inizzjativi li jkun available dik il-ġimgħa. Nħeġġukom biex tapplikaw għal dawn il-courses mħallsin mill-EU. Josephine Borg (Shamaya) u Marie Claire Testa (NRG) jistgħu jgħinukom aktar. Tistgħu anke tapplikaw bħala komunita.

Ħudu ħsieb

Adrian
f'isem Leadership Committee