Home‎ > ‎

La Goulette 2012 - L-applikazzjonijiet miftuħin

posted 18 Feb 2012, 05:35 by CAMYouths Admin   [ updated 1 Feb 2014, 23:16 ]
Għeżież,

Għat-tielet sena, ĊAMYouths ser norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa La Goulette fit-Tuneżija. Dan ser inkunu qed nagħmluh flimkien mas-Sorijiet Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.

Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini. Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma tal-ġenn.    

L-esperjenza hija mqassma fuq ġimgħatejn. Id-dati ta' din l-esperjenza huma mill-5 sad-19 ta' Awwissu 2012.

Minħabba raġunijiet loġistiċi ħdax-il persuna biss jistgħu jagħmlu din l-esperjenza.

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee.
 
Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi żżuru l-website tagħna www.camyouths.com > Events > La Goulette 2012.

L-applikazzjonijiet jagħlqu is-Ħadd 25 ta' Marzu 2012 fil-5 ta' filgħaxija.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Adrian
f'isem Leadership Committee