Home‎ > ‎

La Goulette 2014

Għeżież,

Għall-ħames sena, ĊAMYouths ser norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa La Goulette fit-Tuneżija. Dan ser inkunu qed nagħmluh flimkien mal-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.

Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini. Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma tal-ġenn.    

L-esperjenza hija mqassma fuq ġimgħatejn. Id-dati ta' din l-esperjenza huma mit-3 sas-17 ta' Awwissu 2014 (Id-dati huma ndikattivi u jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tal-esperjenza).

Minħabba raġunijiet loġistiċi ħdax-il persuna biss jistgħu jagħmlu din l-esperjenza.

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufa bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee.
 
Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna - il-perjodu tal-applikazzjonijiet jgħalqu nhar il-Ħadd, 9 ta' Marzu 2014.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Chris
f'isem Leadership Committee



La Goulette 2014 -- Application Form