Home‎ > ‎

Kurrenti - Ħarġa Numru 19 (04/2011)

posted 18 Oct 2011, 13:42 by CAMYouths Admin
Ħbieb:

Konnekxins qed jerġa jwasslilkom ħarġa oħra ta' Kurrenti (Edizzjoni numru 4 għall-2011) u din id-darba ksirna rekord ieħor - din il-ħarġa fiha 33 faċċata ta' ritratti, nformazzjoni, ħsibijiet, stejjer u esperjenzi sbieħ mill-ħajja mimlija lwien f'ĊAMYouths!

L-enerġija li teżisti bħalissa f'ĊAMYouths hija sabiħa wisq u j'Alla din tkompli matul il-kumplament tas-sena.  Konnekxins se nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex dan l-entużjażmu jibqa' għaddej u qed nibdew billi nippubblikaw edizzjoni oħra interessanti ta' Kurrenti.

Żgura li kull wieħed u waħda minnkom se ssibu xi artiklu li jinteressakom u forsi wkoll inissel xi tbissima fuq wiċċkom jew iġibilkom xi ftit nostalġija.  Ma jistax jonqos li ċertu artikli jħarsu sew lejn dak li jġib miegħu Jum Il-Missjoni kif ukoll l-ħsieb wara din il-ġurnata!

Fost l-artikli f'din il-ħarġa għandkom issibu (ħudu nifs twil!!):
  • Artiklu mill-Leadership Committee fejn jistaqsi (u jaqsam il-ħsibijiet dwar) X'inhu ĊAMYouths?
  • Artiklu mingħand Support Team fuq l-spirtu sabiħ ta' ĊAMYouths
  • Ħarsa lejn Mons. Ġużeppi De Piro u l-Imħabba Missjunarja
  • Il-Kebbies - Jum Il-Missjoni
  • Ħarsa lejn l-esperiment li beda s-sena li għaddiet - Mixja mal-Kelma
  • ĊAMYouths Got Talent: Artiklu dwar it-talenti ta' Bobby Pace u Mark Spiteri
  • Zer06 jaqsmu magħna avventura li għaddew minna!
  • Ħarsa lejn t-3 esperjenzi li ĊAMYouths jorganizza matul is-sajf: Napli, La Goulette u SJH
  • Doreen tikteb dwar l-esperjenza tagħha fil-Filippini matul dan is-sajf
  • Ħarsa lejn s-suċċess kbir ta' ĊAMKamp 2011
  • Artiklu dwar is-servizz ġdid li qed joffri ĊAMYouths fuq diversi opportunitajiet għall-membri
  • Fil-Kċina ma' Sara - riċetta oħra bnina u faċli
  • Paġni ta' Storja - Ħarsa lejn ġrajjiet storiċi li ġraw matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru
  • Ħallata Ballata - xogħlijiet minn membri f'ĊAMYouths: Auguste (nom de plume), Diane Mifsud u Bobby Pace
  • REELTime - fuq is-serje famuża Game of Thrones
  • u oħrajn...
F'isem it-tim kollu, nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.  Għalkemm kienet ħarġa li kien fiha ħafna xogħol, ninsabu kuntenti ħafna bil-kontribuzzjonijiet tagħkom u nisperaw li nibqgħu nirċievu l-ħsibijiet, stejjer, ritratti u artikli tagħkom fil-ħarġiet li jmiss!

Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq kurrenti(at)camyouths.com.

Għafsu hawn biex taraw din il-ħarġa.

Nota: Ladarba tagħfas fuq dan il-link tista (skont kif tippreferi) tara l-ħarġa online (pero kwalita iktar baxxa) jew inkella tniżżel il-ħarġa bħala High-Quality PDF billi tmur fil-"File" menu u tagħfas fuq "Download Original".


Grazzi mill-ġdid.



Geraldine
f'isem Konnekxins
Comments