Għeżież, Wara li l-esperjenza ġewwa Blarney tas-sena l-għaddiet kienet suċċess il-Leadership Committee ddeċieda li jerġa jorganizza din l-esperjenza għat-tieni sena. Din is-sena se jkun hemm post għal żewġ gruppi ta’ bejn 6-7 voluntiera li se jkunu qegħdin jagħmlu żewġ esperjenzi differenti ġewwa l-Irlanda, waħda ġewwa Blarney u l-oħra ġewwa Dublin. L-esperjenza ġewwa Dublin se ssir biss jekk jinstabu biżżejjed voluntiera. Matul dawn l-esperjenzi l-voluntiera ser inkunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) fl-organizzazjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju. Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli. L-esperjenza hija mqassma fuq ġimgħatejn. Id-dati ta' din l-esperjenza huma mit-13 sas-27 ta' Lulju 2014 (Id-dati huma ndikattivi u jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tal-esperjenza). Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza. Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati. Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna. L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħadd, 9 ta' Marzu 2014.Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Chris f'isem Leadership Committee |
Home >