Home‎ > ‎Events‎ > ‎

Napoli 2015

Għeżież,

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li ĊAMYouths ser nerġgħu norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa Napli. Bħas-soltu ser inkunu qegħdin ngħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

Din is-sena wara li kkunsidrajna l-feedback li rcevejna iddecidejna li l-esperjenza tkun imqassma fuq 3 ġimgħat. L-esperjenza ser issir bejn it-12 ta' Lulju u t-2 t'Awwissu 2015 (Id-dati huma ndikattivi u jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tal-esperjenza).

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati. 

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna.

L-applikazzjonijiet jagħlqu is-Sibt, 28 ta' Frar 2015.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Chris
f'isem Leadership Committee

Napoli 2015 - Application Form