Home‎ > ‎Events‎ > ‎

Irlanda 2015

Għeżież,

Għal darb'oħra ĊAMYouths iddeċieda li jorganizza l-esperjenzi ta' volontarjat gewwa Dublin u Blarney. 

Matul dawn l-esperjenzi, l-voluntiera ser ikunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) fl-organizzazzjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

L-esperjenza hija mqassma fuq ġimgħatejn. Id-dati ta' din l-esperjenza huma mit-12 sas-26 ta' Lulju 2015 (Id-dati huma ndikattivi u jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tal-esperjenza).

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.


Tistgħu ssibu l-applikazzjoni iktar 'l isfel f'din il-paġna.

L-applikazzjonijiet jagħlqu s-Sibt, 28 ta' Frar 2015..

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Chris
f'isem Leadership Committee



Irlanda 2015 -- Application Form