Home‎ > ‎Events‎ > ‎

Esperjenzi ta' Volontarjat 2018

Għeżież Ħbieb,

Nispera li tinsabu tajbin. Għal darb'ohra ĊAMYouths iddecieda li jorganizza l-esperjenzi ta' volontarjat ġewwa Napli, Mallow (Blarney) u esperjenza ġdida gewwa l-Irwanda. 

Matul dawn l-esperjenzi, il-voluntiera se jkunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) u lil Marist Brothers fl-organizzazzjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Dawn huma esperjenzi unici u jitolbu preparazzjoni konsiderevoli.

 

L-esperjenzi ta' Napli u l-Irwanda se jdum tlett gimghat, filwaqt li ta' Mallow ddum ġimgħatejn. 

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenzi huma limitati.

 

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi tmorru f'din il-paġna: Esperjenzi ta' Volontarjat 2018. L-applikazzjoni se tkun available ukoll fuq il-website: http://www.camyouths.com 

L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħadd, 4 ta' Frar 2018.


Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenzi tistghu tibgħatu fuq l-email lc@camyouths.com 

 

Grazzi,

Rowena Caruana f'isem LC


Esperjenzi ta' Volontarjat 2018 -- Formola tal-Applikazzjoni