Home‎ > ‎Events‎ > ‎

Esperjenzi ta' Volontarjat 2017

Għeżież Ħbieb,

Nispera li tinsabu tajbin, Għal darb'ohra ĊAMYouths iddecieda li jorganizza l-esperjenzi ta' volontarjat ġewwa Napli, Dublin u Mallow (Blarney). 

Matul dawn l-esperjenzi, il-voluntiera se jkunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) fl-organizzazzjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

Normalment l-esperjenza ta' Napli ddum tlett gimghat, filwaqt li ta' Dublin u Mallow ddum ġimgħatejn. 

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.

Infakkrukom ukoll li se tkun qed issir laqgħa ta' introuduzzjoni nhar is-Sibt 11 ta' Frar 2017 fit-9:30am ġewwa Dar CAMYouths. Iktar dettalji : 

Laqgħa Volontarjat CAMYouths 2017 

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi tmorru f'din il-paġna: Esperjenzi ta' Volontarjat 2017. L-applikazzjoni qedha available ukoll fuq din il-paġna stess.

L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħadd, 19 ta' Frar 2017.


Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenzi tistghu tibgħatu fuq l-email lc@camyouths.com 

 

Grazzi,

Shaun Cassar f'isem LC


Esperjenzi ta' Volontarjat 2017 -- Formola tal-Applikazzjoni