Home‎ > ‎

Esperjenzi ta' Volontarjat 2016

posted 1 Feb 2016, 00:49 by CAMYouths Admin

Għeżież,

Għal darb'ohra ĊAMYouths iddecieda li jorganizza l-esperjenzi ta' volontarjat ġewwa Napli, Dublin u Mallow (Blarney). 

Matul dawn l-esperjenzi, il-voluntiera se jkunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) fl-organizzazzjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju.  Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli.

L-esperjenza ta' Napli ddum tlett gimghat, filwaqt li ta' Dublin u Mallow ghandhom gimghatejn. 

Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza.  Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati.

Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi tmorru f'din il-paġna: Esperjenzi ta' Volontarjat 2016


L-applikazzjonijiet jagħlqu s-Sibt, 6 ta' Frar 2016.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenzi tistghu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com

Sarah
f'isem il-Leadership Committee
Comments