SJH 2010 - Esperjenza ta' Volontarjat
Dan
il-proġett, li huwa mmexxi miċ-ĊAMYouths u jdum minn 4 sa 5 ġimgħat matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, jikkonsisti f’ħidma ma’
tfal u adoloxxenti li jgħixu f’Dar San Ġużepp
permezz ta’ programmi edukattivi, rikrejattivi u soċjali
maħsuba għal etajiet differenti.
Il-proġett
mhuwiex residenzjali, jiġifieri il-voluntiera mhux ser ikunu qed
jgħixu fid-Dar, imma ser jintalbu jagħtu ħin bejn
it-Tnejn u l-Ġimgħa.
L-applikazzjonijiet
huma miftuħa għal persuni mhux membri taċ-ĊAMYouths,
imma il-Leadership Committee jew min imexxi dan il-proġett
f’isem iċ-ĊAMYouths, flimkien mad-Direzzjoni ta’
Dar San Ġużepp, jirriservaw id-dritt li jevalwaw u
jiddeċiedu jekk l-applikant huwiex kandidat tajjeb
għall-esperjenza bħal din jew le.
L-applikazzjonijiet għalqu nhar it-30 ta' Mejju 2010.