La Goulette 2010 - Esperjenza ta' volontarjat
La Goulette - villaġġ mal-baħar li jidħlu fih ħafna mill-vapuri li
jpassu fil-Mediterran. Din hija l-belt li għall-aħħar 4 snin, gruppi
differenti ta' voluntiera Maltin żaru u ħadmu fiha bi sħiħ. Is-Sorijiet
Missjunarji tal-Karità (ta’ Mother Theresa) fit-Tuneżija għandhom dar
zgħira li ma tesax aktar minn 10 voluntiera u xi residenti, apparti
l-kwartieri tas-sorijiet, li fiha jaċċettaw voluntiera li jridu jagħmlu żmien qasir ta' volontarjat fl-istess lokalita'.
Din is-sena ĊAMYouths għandu l-opportunita' li jieħu f'idu din l-esperjenza. Bhala ĊAMYouths iddeċiedejna li nieħdu din l-opportunita u għall-ewwel darba nippreparaw grupp ta' voluntiera li lesti jidħlu għal din l-isfida ġdida tagħna. Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera,
il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li
jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand
is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u
ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri
tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post
interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini.
Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma
tal-ġenn.
Min japplika għal din l-esperjenza irid jagħmel l-esperjenza sħiħa, jiġifieri dik ta' ħmistax-il ġurnata bejn l-11 u l-25 ta' Lulju 2010.
L-applikanti għandhom ikollhom minn 18-il sena 'l fuq. ĊAMYouths
jirriserva d-dritt li jaċċetta huwa min jitla' għal din l-esperjenza.
L-applikazzjonijiet għalqu nhar il-Ħadd, 28 ta' Frar 2010.