|
|
|
|
|
|
|
Current Articles
| Categories
| Search
| Syndication
Viewing Category: Leadership Committee
| Friday, July 23, 2010 |
|
Support Team Ġdid
By CAMYouths Admin @ 12:26 PM
:: 0 Comments
:: 21 Views
|
Hi all
Nisperaw li qed tgawdu s-Sajf kemm tistgħu.
Nixtiequ
nħabbrulkom li għadna kif waqqafna is-Support Team il-ġdid. Support
Team hu dak it-tim li jieħu ħsieb li jorganiżża attivitajiet għal
ĊAMYouths kollha li f'dawn l-aħħar sentejn kienu qed ikunu kważi kull
xahar.
It-tim il-ġdid hu magħmul minn:
Simon Pace (Equinox) Sharon Vassallo (Amistad) Lisa Camilleri (Crossroads)
Dorianne Galea (Takara) Shaun Cassar (Lynks)
Nixtiequ
nirringrazzjaw ukoll lil ST preċedenti li kien l-ewwel ST ta' ĊAMYouths u
kellu jibda kollox mill-bidu. Zgurissmu nistgħu napprezzaw ix-xogħol
tal-ġenn li għamlu. Matul dawn it-tliet snin it-tim kien magħmul Audrey
Ann Vella, Jonathan Sammut, Andrew Camilleri, Stephanie Morana, Denise
Muscat u Simon Pace.
Ringrazzjament ukoll lid-diversi membri fl-Activities Team, li dejjem qed jiżdiedu, li flimkien ma' ST joholqu l-programm t'attivitajiet ta' ĊY.
Ħudu ħsieb Adrian f'isem l-LC
|
|
|
|
|
| Friday, May 21, 2010 |
|
Segretarja Ġdida tal-LC
By CAMYouths Admin @ 1:30 PM
:: 0 Comments
:: 166 Views
|
Għeżież ĊAMYouthers
Nisperaw li tinsabu tajbin.
Nixtiequ
nħabbrulkom li Amanda Muscat (Jovenes) hi s-segretarja l-ġdida tal-LC.
Nixtiequ nirringrazzjawha talli aċċett biex twettaq dan is-servizz.
Fl-istess ħin nixtiequ nirringrazzjaw lil Doreen Mizzi (Sin
Frontieras) tax-xogħol li għamlet f'din l-aħħar sena u nofs. Ma tantx
kellna ċans naħdmu magħha imma kienet importanti għalina fiċ-changeover
tal-LC.
Nżommukom aġġornati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jekk
ikollkom ideat, suġġerimenti jew mistoqsijiet tiddejqux tibagħtulna.
Ħudu
ħsieb Adrian, Karm, Doreen, Audrey, Etienne
|
|
|
|
|
| Monday, May 03, 2010 |
|
Aħbarijiet mill-LC
By CAMYouths Admin @ 5:14 PM
:: 0 Comments
:: 174 Views
|
Għeżież ĊAMYouths,
Nispera li tinsabu tajbin.
Nixtiequ
nibdew l-ewwel email tagħna billi nirringrazzjaw lil LC ta' qabilna
għax-xogħol tal-ġenn li għamlu. F'dan ix-xahar u nofs li ilna f'dan
l-irwol illum napprezzaw ħafna aktar ix-xogħol li kienu jagħmlu.
Nixtiequ
wkoll nirringrazzjaw lill-kandidati l-oħra li kienu magħna għall-għażla
tal-LC il-ġdid, li kienu importanti fil-proċess ta' dixxerniment.
F'dan ix-xahar u nofs bdejna bil-mod nifhmu x'inhu mistenni minna.
Għalissa nixtiequ naqsmu magħkom kif qsamna l-irwoli bejnietna u fejn ha
jkun il-focus tagħna bħala membri tal-LC. L-irwol tagħna ha jkun ta'
għajnuna fejn hemm bżonn
għall-gruppi differenti li jieħdu ħsieb l-aspetti varji fil-ħajja ta'
ĊAMYouths.
Adrian - Coordinator Etienne -
Affarijiet esterni u sostenibilità Doreen - Finanzi u
l-post il-ġdid ta' ĊAMYouths
Audrey -
Attivitajiet ta' ĊAMYouths, kommunikazzjoni u media f'ĊAMYouths
Karm - Affarijiet interni
Bi pjaċir nixtiequ nħabbru wkoll li ġejna rikkonuxxuti mill-gvern
bħala Voluntary Organisation, VO /0396 (NGO). Għandkom mehmuz
iċ-ċertifikat li tawna. Grazzi lil LC ta' qabilna u lil Edmond Zammit
Laferla li ħadmu fl-aħħar snin biex ikollna dan
ir-rikonoxximent. Grazzi tmur ukoll lill-ewwel LC li fforma l-istatut
ta' ĊAMYouths li kien fundamentali biex niġu rrokunxuti bħala Voluntary
Organisation.
Nawguraw lil min bħalissa għaddej bl-eżamijiet tal-A level u dalwaqt
tal-Università. Awguri lill-oħrajn fl-avventuri tal-ħajja ta' kuljum.
Ħudu
ħsieb Adrian, Karm, Doreen, Audrey, Etienne
|
|
|
|
|
| Wednesday, March 03, 2010 |
|
La Goulette 2010 Coordinators
By CAMYouths Admin @ 2:20 PM
:: 0 Comments
:: 392 Views
|
|
Dear all,
We are pleased to announce the Coordinators for La Goulette 2010:
Doreen Saliba (Stripes) will be helping in the preparations for this experience.
We take this opportunity to thank all the above for accepting to
assume such roles; we are more than positive that this team augurs well
for this forthcoming project which is new for us CAMYouths.
Applications for La Goulette 2010 are now closed and we have 14 applicants.
Let us all pray that this project, which has been entrusted in our
hands, will be a growth-promoting experience for the group enrolling
for it and for the rest of our organisation as a whole.
Regards,
--
Steve, Kenneth, Renzo, Fr. Karm and Brian
Leadership Committee
|
|
|
|
|
| Wednesday, February 24, 2010 |
|
|
|
| Wednesday, February 17, 2010 |
|
Napoli 2010 - PDT & Coordinators
By CAMYouths Admin @ 4:45 PM
:: 0 Comments
:: 361 Views
|
|
Dear all,
We are pleased to announce the PDT and Coordinators for Napoli 2010:
-
Karm Debattista (Sin Fronteras) -
Doreen Saliba (Stripes) -
Marouska Zahra Micallef (Jovenes) -
Jacqueline Gatt (Sin Fronteras) -
Claudio Cauchi (Amici)
Doreen and Marouska are the two Coordinators who will lead the Napoli 2010 Project.
We take this opportunity to thank all the above for accepting to
assume such roles; we are more than positive that this team augurs well
for this forthcoming project.
We would also like to share that we have received 42 applications
for Napoli 2010, most of which are coming from non-CAMYouths members.
This is of great news and shows how this experience is being valued
on a national level. Well done CAMYouths.
Regards,
--
Steve, Kenneth, Renzo, Fr. Karm and Brian
Leadership Committee
|
|
|
|
|
| Monday, February 15, 2010 |
|
La Goulette 2010 (Tuneżija)
By Renzo Kerr-Cumbo @ 7:07 AM
:: 0 Comments
:: 437 Views
|
Hbieb,
Dan jidher perjodu ta' ahbarijiet, u nhossu li huwa perjodu b'ahbarijiet pjuttost sbieh immens fil-hajja ta' CAMYouths.
Forsi kif qal Fr. Frankie waqt Fusion, fit-timeline tal-hajja ta' organizzazjoni ftit tkun taf ezattament x'ser ifisser mument partikulari ghall-istess organizzazjoni, pero jinhass li dan il-mument fit-timeline taghna huwa mument sabih immens, fejn qieghed jinghatalna hafna, u ghaldaqstant qeghdin nigu mitlubin naghtu hafna lura.
Madwar tmien snin ilu kien mument storiku fil-hajja ta' CAMYouths meta kienet bdiet l-esperjenza ta' Napli li lkoll nafu fejn waslet. Tliet snin ilu bdiet l-esperjenza SJH li hija esperjenza ohra ghal qalbna, u llum qeghdin inhabbru l-esperjenza ta' volontarjat fit-Tunisia.
Din is-sena ĊAMYouths ghandu l-opportunita li jiehu hsieb din l-esperjenza. Bhala CAMYouths iddecidejna li niehdu din l-opportunita u ghall-ewwel darba nippreparaw grupp ta' voluntiera li lesti jidhlu ghal din l-isfida gdida taghna.
Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini. Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma tal-ġenn.
Dawk minnkom li huma nteressati tapplikaw ghal din l-esperjenza, tistghu tmorru f'dan il-link:
http://www.camyouths.com/Projects/LaGoulette2010/tabid/144/Default.aspx
L-applikanti mhux necessarjament ikunu membri tac-CAMYouths.
Nisperaw li din tkun esperjenza ta' ghotja liema bhalha minnkom ilkoll li ser tidhlu ghaliha.
Dejjem taghkom,
Brian, Karm, Steve, Kenneth, Renzo
|
|
|
|
|
| Thursday, February 11, 2010 |
|
Id-Dar tac-CAMYouths!
By Renzo Kerr-Cumbo @ 5:53 AM
:: 7 Comments
:: 432 Views
::
|
|
Hbieb,
kif hafna minnkom konxji, bhala CAMYouths ilna snin niddiskutu u nesploraw in-necessità li jkollna bini li jkun taghna bhala bazi minn fejn inkunu nistghu niffunzjonaw u fejn inkunu nistaw nakkomodaw il-komunitajiet taghna lkoll. F'xi zmien dan il-process deher impossibli, fi zminijet ohra minsi, però fil-verità dejjem kien hemm xoghol ghaddej minn wara l-kwinti.
Nixtiequ navzaw, li kif qalilna Fr Louis Mallia (aka GIGI, il-Provincjal ta' Malta), waqt fusion, l-MSSP qed taccertana li fiz-zminijiet li gejjin ser ikolna cwievet ghal bini li ser ikun il-bazi taghna c-CAMYouths. Bhalissa hemm xi diskussjonijiet finali li qeghdin isiru sabiex dan il-bini jaqa f'idejna. Wara dan l-istadju, li jidher li mhux ser idum biex jintemm, ikun wasal iz-zmien stupend li dan il-bini nahdmu lkoll ghalih biex narmawh kif hu necessarju ghalina. Dan ser ikun mument storiku u memorabli fil-hajja ta' CAMYouths. Anzi x-xewqa taghna hi li jkun iz-zmien fejn il-komunitajiet kollha, bil-mod taghhom jinvolvu ruhom u johorgu b'inizjattivi li jkunu jistghu jghinu fil-process sabiex dan il-bini isir verament il-bazi ta' minn fejn il-qalb ta' CAMYouths tibda thabbat.
Inhossu li din hi wahda mill-isbah ahbarijiet li qatt xandarna fiz-zmien li ilna fl-LC. Jalla c-CAMYouths jibqa' jikber u jisbieh u jalla dak li qed
jafdaw f'idejna l-MSSP ser inkunu kapaci nuzawh bl-ahjar mod possibli ghall-gid tal-komunitajiet taghna, ghall-gid tal-organizzazjoni taghna (li dalwaqt tkun ufficjalment irregistrata bhala NGO) u ghal bqija tax-xoghol li nwettqu fis-socjetà taghna u f'komunitajiet barra minn xtutna.
Taghkom,
Brian, Karm, Renzo, Steve, Kenneth
|
|
|
|
|
| Sunday, October 04, 2009 |
|
Lajċi MSSP - 17 t'Ottubru 2009
By CAMYouths Admin @ 9:43 AM
:: 0 Comments
:: 839 Views
|
Gheziez CAMYouths, Fl-okkazzjoni tal-gurnata
missjunarja, se ssir attivitá ghall-gruppi kollha li jaqghu taht l-MSSP
fil-kappella tad-Dar ta’ San Guzepp, Sta Venera, is-Sibt 17 ta'
Ottubru, bejn is-6.30pm u t-8.30pm. It-tema ghal din l-attivitá hi:
"Flimkien ghall-Missjoni".
F'din l-attivitá se jippartecipaw il-gruppi kollha tal-MSSP. Kulhadd hu mistieden biex jattendi.
Il-programm ser jikkonsisti minn presentations qosra (mhux iktar
mnnn 5 mins) b'temi differenti mill-gruppi differenti u mbaghad
quddiesa.
It-tema li ghandna ahna hija 'iz-zghazagh u l-missjoni/servizz'.
Ghal dan il-ghan qed nitlob biex min hu interessat jghin
fil-presentation javza lili. Il-hsieb tieghi kien li ntellghu sketch,
jew mima....inkella jekk ghandkom xi idejat ohra ejjew bihom.
Il-bqija tan-nies ikun sabih li jattendu bi hgarhom. Naf li hemm
attivitá ohra tac-CAMYouths l-ghada imma ikun tajjeb li jkollna numru
sabih ghal din l-attivitá ukoll.
Nisma' minghandkom.
-- Brian
obo LC
|
|
|
|
|
| Wednesday, April 01, 2009 |
|
Rapport ta' Ħidma - 2008-2009 - Leadership Committee
By CAMYouths Admin @ 2:16 AM
:: 0 Comments
:: 664 Views
|
|
Dear CAMYouths,
Kindly review beforehand, in your own time.
There will be time for discussion and reactions on the report during the AGA proceedings.
Many thanks to Leadership Committee for their time and dedication to CAMYouths - as you will see in this report!
Yours,
Audrey Vella
obo Support Team N.B. This report is also available in the 'About Us' > 'Activity Reports' section of the website.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|