|
|
|
|
|
|
|
Current Articles
| Categories
| Search
| Syndication
Viewing Category: Announcements
| Saturday, June 26, 2010 |
|
Kurrenti: Ħarġa Nru 13 (03/2010)
By CAMYouths Admin @ 1:22 AM
:: 0 Comments
:: 85 Views
|
Ħbieb:
Nispera li tinsabu lkoll tajjeb. F'isem
Konnekxins bi pjaċir ninfurmakom li għadna kif ippubblikajna
it-tlettax il-ħarġa ta' Kurrenti (u t-tielet ħarġa għas-sena 2010). Ħa
nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa:
- Messaġġ mill-Leadership Committee
- Artiklu fuq
KwizzKafe
- Il-Kebbies
- Artiklu fuq attivita
organizzata mill-GGCT
- Ritratt mill-istorja tal-MSSP
- ĊAMYouths Got Talent
- Artiklu fuq l-esperjenza
f'Napli
- ĊAMYouths fit-Tuneżija
- EU u SKOP
- El Camino
- Gadget
- ritrattRakkont
- REELTime
Nixtiequ
nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il- ħarġa.
Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas,
ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa
(2.5MB).
Narawkom ma ndumux.
Nathan Gatt f'isem
Konnekxins konnekxins(at)camyouths.com
|
|
|
|
|
| Monday, May 03, 2010 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 12 (02/2010)
By CAMYouths Admin @ 5:14 PM
:: 0 Comments
:: 226 Views
|
Ħbieb, Nispera li tinsabu lkoll tajjeb.
F'isem Konnekxins
bi pjaċir ninfurmakom li għadna kif ippubblikajna it-tnax il-ħarġa
ta' Kurrenti (u t-tieni ħarġa għas-sena 2010). F'din il-ħarġa komplejna
nżidu artikli ġodda u nista ngħidilkom li din hija l-itwal ħarġa s'issa
b'total ta' 21 faċċata.
Ħa nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa:
- Introduzzjoni
mill-membri tal-Leadership Committee il-ġdid
- Artiklu
fuq l-AGA
- Il-Kebbies
- Ritratt mill-istorja tal-MSSP
- ĊAMYouths Got Talent
- ĊAMYouths fuq Xarabank
- Il-Papa f'Malta
- EU
u SKOP
- El Camino
- Gadget
- ritrattRakkont
- u
minn din il-ħarġa ... REELTime
Nixtiequ
nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.
Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas,
ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa
(7.27MB). Narawkom ma ndumux.
Nathan Gatt f'isem Konnekxins konnekxins(at)camyouths.com
|
|
|
|
|
| Sunday, February 28, 2010 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 11 (01/2010)
By CAMYouths Admin @ 8:14 AM
:: 0 Comments
:: 357 Views
|
Ħbieb, Nispera li tinsabu lkoll tajjeb. Diġa għaddew xahrejn mis-sena 2010 u wasal ukoll iż-żmien li noħorġu l-ewwel ħarġa ta' Kurrenti għal
din is-sena. Kif ser taraw, biddilna kemm id-disinn kif ukoll uħud
mill-artikli sabiex nippruvaw nagħmlu din il-publikazzjoni aktar
interessanti għalikom.
Ħa nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa: - L-aħħar kelmtejn mill-membri tal-Leadership Committee
- Messaġġ mis-Support Team qabel l-AGA
- X'ġara fi żmien il-Milied f'ĊAMYouths?
-
GGCT - min?
- EU - x'hemm għalina?
- International Voluntary Service
- El Camino
- Gadget
- ritrattRakkont
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il- ħarġa kif
Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa b'disinn u kontenut ħdid. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins@camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (6.95MB).
Konnekxins konnekxins(at)camyouths.com
|
|
|
|
|
| Monday, February 15, 2010 |
|
La Goulette 2010 (Tuneżija)
By Renzo Kerr-Cumbo @ 7:07 AM
:: 0 Comments
:: 437 Views
|
Hbieb,
Dan jidher perjodu ta' ahbarijiet, u nhossu li huwa perjodu b'ahbarijiet pjuttost sbieh immens fil-hajja ta' CAMYouths.
Forsi kif qal Fr. Frankie waqt Fusion, fit-timeline tal-hajja ta' organizzazjoni ftit tkun taf ezattament x'ser ifisser mument partikulari ghall-istess organizzazjoni, pero jinhass li dan il-mument fit-timeline taghna huwa mument sabih immens, fejn qieghed jinghatalna hafna, u ghaldaqstant qeghdin nigu mitlubin naghtu hafna lura.
Madwar tmien snin ilu kien mument storiku fil-hajja ta' CAMYouths meta kienet bdiet l-esperjenza ta' Napli li lkoll nafu fejn waslet. Tliet snin ilu bdiet l-esperjenza SJH li hija esperjenza ohra ghal qalbna, u llum qeghdin inhabbru l-esperjenza ta' volontarjat fit-Tunisia.
Din is-sena ĊAMYouths ghandu l-opportunita li jiehu hsieb din l-esperjenza. Bhala CAMYouths iddecidejna li niehdu din l-opportunita u ghall-ewwel darba nippreparaw grupp ta' voluntiera li lesti jidhlu ghal din l-isfida gdida taghna.
Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini. Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma tal-ġenn.
Dawk minnkom li huma nteressati tapplikaw ghal din l-esperjenza, tistghu tmorru f'dan il-link:
http://www.camyouths.com/Projects/LaGoulette2010/tabid/144/Default.aspx
L-applikanti mhux necessarjament ikunu membri tac-CAMYouths.
Nisperaw li din tkun esperjenza ta' ghotja liema bhalha minnkom ilkoll li ser tidhlu ghaliha.
Dejjem taghkom,
Brian, Karm, Steve, Kenneth, Renzo
|
|
|
|
|
| Thursday, February 11, 2010 |
|
Id-Dar tac-CAMYouths!
By Renzo Kerr-Cumbo @ 5:53 AM
:: 7 Comments
:: 432 Views
::
|
|
Hbieb,
kif hafna minnkom konxji, bhala CAMYouths ilna snin niddiskutu u nesploraw in-necessità li jkollna bini li jkun taghna bhala bazi minn fejn inkunu nistghu niffunzjonaw u fejn inkunu nistaw nakkomodaw il-komunitajiet taghna lkoll. F'xi zmien dan il-process deher impossibli, fi zminijet ohra minsi, però fil-verità dejjem kien hemm xoghol ghaddej minn wara l-kwinti.
Nixtiequ navzaw, li kif qalilna Fr Louis Mallia (aka GIGI, il-Provincjal ta' Malta), waqt fusion, l-MSSP qed taccertana li fiz-zminijiet li gejjin ser ikolna cwievet ghal bini li ser ikun il-bazi taghna c-CAMYouths. Bhalissa hemm xi diskussjonijiet finali li qeghdin isiru sabiex dan il-bini jaqa f'idejna. Wara dan l-istadju, li jidher li mhux ser idum biex jintemm, ikun wasal iz-zmien stupend li dan il-bini nahdmu lkoll ghalih biex narmawh kif hu necessarju ghalina. Dan ser ikun mument storiku u memorabli fil-hajja ta' CAMYouths. Anzi x-xewqa taghna hi li jkun iz-zmien fejn il-komunitajiet kollha, bil-mod taghhom jinvolvu ruhom u johorgu b'inizjattivi li jkunu jistghu jghinu fil-process sabiex dan il-bini isir verament il-bazi ta' minn fejn il-qalb ta' CAMYouths tibda thabbat.
Inhossu li din hi wahda mill-isbah ahbarijiet li qatt xandarna fiz-zmien li ilna fl-LC. Jalla c-CAMYouths jibqa' jikber u jisbieh u jalla dak li qed
jafdaw f'idejna l-MSSP ser inkunu kapaci nuzawh bl-ahjar mod possibli ghall-gid tal-komunitajiet taghna, ghall-gid tal-organizzazjoni taghna (li dalwaqt tkun ufficjalment irregistrata bhala NGO) u ghal bqija tax-xoghol li nwettqu fis-socjetà taghna u f'komunitajiet barra minn xtutna.
Taghkom,
Brian, Karm, Renzo, Steve, Kenneth
|
|
|
|
|
| Tuesday, February 02, 2010 |
|
|
|
| Sunday, November 22, 2009 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 10 (05/2009)
By CAMYouths Admin @ 5:59 PM
:: 0 Comments
:: 576 Views
|
Ħbieb, Nispera li tinsabu tajbin. Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem is-sena 2009, Konnekxins ħaseb li joħroġ l-aħħar ħarġa ta' Kurrenti
għal din is-sena u jinfurmakom dwar dak li ġara matul dawn l-aħħar xhur
(minn wara ĊAMKamp 2009) sa x'għandkom tistennew għal kumplament
tas-sena!
Qabel ma ngħaddu għal dan, xtaqna ngħidulkom li s-sena d-dieħla bi
ħsiebna nagħtu dehra ġdida lil din il-publikazzjoni u fil-ġimgħat li
ġejjin ser tintalbu tagħtuna ftit il-ħsibijiet tagħkom dwar il-ħarġiet
ta' Kurrenti matul dawn l-aħħar sentejn. Tirċievu aktar dettalji fuq
dan matul il-ġimgħat li ġejjin.
Għalissa ejja nħarsu lejn din l-għaxar ħarġa (li hi wkoll l-ħames ħarġa ta' Kurrenti għall-2009):
- X'għandhom x'jgħidulna l-Leadership Committee?
- Ħarsa lejn xi tfisser l-mitt sena mit-twaqqif tal-MSSP (skont Fr. Martin Galea)
- X'hemm preparat minn Support Team għal żmien il-Milied
- Xi tfisser l-esperjenza ta' ĊAMKAMP 2009 għal diversi nies? (fl-artiklu ta Lisa & Ger)
- Ħarsa lejn Post-ĊAMKamp Bash 2009
- Fr. Karm iħares lura lejn Jum il-Missjoni (fil-Kebbies)
- ĊAMKamp 2009 mill-perspettiva ta' membru fil-komunita Agora
- Edukazzjoni mhux formali (artiklu ppreparat minn Marie Claire Testa)
- L-oriġini tal-komunita Zero6 (miktub b'entużjażmu mill-komunita' kollha)
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.
Bħal dejjem, nixtiequ ħafna li tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (10.5MB) jew żuru s-sit tagħna www.camyouths.com.
Narawkom ma ndumux.
Nathan Gatt f'isem Konnekxins konnekxins(at)camyouths.com
|
|
|
|
|
| Tuesday, November 10, 2009 |
|
Keeping in Touch - By ATeens
By CAMYouths Admin @ 1:42 PM
:: 0 Comments
:: 578 Views
|
Dear CAMYouths & Friends,
ATeens would like to invite you for the last Keeping in Touch mass and activity of the year.
Let's meet together at mass on 28th November 09 at St. Joseph Home Sta. Venera (Room 1).
Following mass, we will prepare a special night for all of you! See below (and click on poster) for details!
We'll see you there!
Audrey
most proudly obo Ateens
COMEDY NIGHT Date: 28th November 2009 Place: St.Joseph Home, Sta. Venera Time: After mass Donation: 1 Euro

Are you in for funny movies, witty comedians and hilarious stand-up comedies from all over the world?
Or maybe you are just up for a good laugh?
Then join us for a night with a difference!
What's more...
YOU can have a say in this!
Write to us ASAP (till 21st November) at ateens@camyouths.com IF:
- you are interested in showing off your comedian's talent live on stage on the night (individual or as a group)
- you have a funny video you have created to show off
- you have a comedian or show excerpt to suggest
We'll see you there!
ATeens
|
|
|
|
|
| Sunday, October 04, 2009 |
|
Lajċi MSSP - 17 t'Ottubru 2009
By CAMYouths Admin @ 9:43 AM
:: 0 Comments
:: 839 Views
|
Gheziez CAMYouths, Fl-okkazzjoni tal-gurnata
missjunarja, se ssir attivitá ghall-gruppi kollha li jaqghu taht l-MSSP
fil-kappella tad-Dar ta’ San Guzepp, Sta Venera, is-Sibt 17 ta'
Ottubru, bejn is-6.30pm u t-8.30pm. It-tema ghal din l-attivitá hi:
"Flimkien ghall-Missjoni".
F'din l-attivitá se jippartecipaw il-gruppi kollha tal-MSSP. Kulhadd hu mistieden biex jattendi.
Il-programm ser jikkonsisti minn presentations qosra (mhux iktar
mnnn 5 mins) b'temi differenti mill-gruppi differenti u mbaghad
quddiesa.
It-tema li ghandna ahna hija 'iz-zghazagh u l-missjoni/servizz'.
Ghal dan il-ghan qed nitlob biex min hu interessat jghin
fil-presentation javza lili. Il-hsieb tieghi kien li ntellghu sketch,
jew mima....inkella jekk ghandkom xi idejat ohra ejjew bihom.
Il-bqija tan-nies ikun sabih li jattendu bi hgarhom. Naf li hemm
attivitá ohra tac-CAMYouths l-ghada imma ikun tajjeb li jkollna numru
sabih ghal din l-attivitá ukoll.
Nisma' minghandkom.
-- Brian
obo LC
|
|
|
|
|
| Saturday, October 03, 2009 |
|
Jum il-Missjoni
By CAMYouths Admin @ 2:41 PM
:: 0 Comments
:: 764 Views
|
Hbieb,
Attività partikolari li qegħdin issa nagħmlu kull sena hi dik ta' Jum il-Missjoni.
Hi ġurnata fejn mal-Knisja nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq wieħed
mill-pilastri ta' ĊAMYouths u fuq kollox l-ispiritwalità tagħna.
X'inhi l-Missjoni? Biex jgħinna nagħmlu dan ser ikun magħna Fr John Curmi li hu wieħed mill-ftit studjużi f'Malta dwar il-missjoloġija.
Ser niltaqgħu nhar il-Ħadd, 18 t'Ottubru, Jum il-Missjoni fil-Kappella DePiro, r-Rabat fid-9.30am.
Ser nagħmlu quddiesa missjunarja fejn fiha ser nilqgħu b'mod uffiċċjali
l-komunitajiet il-ġodda. Din hu attività għall-komunitajiet kollha u
nixtieq li narakom kollha hemm. Wara dan min jixtieq ser immorru mixja
flimkien sal-Wied tal-lunzjata r-Rabat stess. Għalhekk ġibu magħkom xi
packed lunch. Nispiċċaw lura lejn iċ-Ċentru għall-ħabta tat-3.30pm fejn
ser nieħdu bela tè jew kafè flimkien.
Attached hawn il-poster tal-okkażżjoni, grazzi lil Dianne.
Karm
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|