|
|
|
|
|
|
|
Current Articles
| Categories
| Search
| Syndication
Viewing Category: Announcements
| Wednesday, August 26, 2009 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 09 (04/2009)
By CAMYouths Admin @ 5:23 PM
:: 0 Comments
:: 756 Views
|
Ħbieb, Nispera li tinsabu tajbin. Wasalna ġimgħa bogħod biss
mill-appuntament annwali fil-kalendarju ta' ĊAMYouths - wasal
iċ-ĊAMKamp - Konnekxins ħaseb li joħroġ din il-ħarġa ta' Kurrenti
ġimgħa qabel dan l-appuntament annwali. F'din id-disa' ħarġa ta' Kurrenti (li hi wkoll ir-raba' ħarġa għall-2009) tajna ħarsa lejn:
- X'għandhom x'jgħidulna l-Leadership Committee
- Il-Ħajja fl-MSSP (skont Fr. Frankie Cini)
- Esperjenza tal-komunita' A-Teens fl-artiklu Magic Moments
- L-esperjenza ta' volontarjat ġewwa Napli fix-xahar li għadda
- Edizzjoni speċjali tal-artiklu Lis & Ger
- L-esperjenza ta' volontarjat ġewwa d-Dar ta' San Ġużepp
- ħsieb spiritwali permezz ta 'Il-Kebbies'
- Ħarsa lejn attivitajiet organizzati minn Support Team u Activity Team
- Avvenimenti li ser jiġu organizzati fiż-żmien qarib
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.
Bħal dejjem, tistgħu tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (19.1MB).
Narawkom nhar il-Ħamis li ġej għal ĊAMKamp 2009.
Nathan Gatt f'isem Konnekxins konnekxins(at)camyouths.com
|
|
|
|
|
| Wednesday, June 10, 2009 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 08 (03/2009)
By CAMYouths Admin @ 11:15 AM
:: 0 Comments
:: 972 Views
|
Ħbieb, Konnekxins qed iwasslilkom it-tmien ħarġa ta' Kurrenti (li hi wkoll it-tielet ħarġa għall-2009) u f'din il-ħarġa tajna ħarsa lejn:
- Il-Kebbies bit-tema Ilkoll fl-istess komunita'
- il-preparazzjoni għall-volontarjat f'Napli u San Ġużepp matul dan is-sajf
- ħarsa lejn attivitajiet organizzati minn Support Team u Activity Team
- avvenimenti li ser jiġu organizzati fiż-żmien qarib
- Informazzjoni fuq il-programm YouthPass
- Messaġġ mill-Leadership Committee
- Messaġġ minn Fr. Frankie Cini (f'isem l-MSSP)
- u aktar....
Nixtiequ
nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.
Bħal dejjem, tistgħu tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins@camyouths.com.
Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (7.59MB).
Nathan Gatt f'isem Konnekxins konnekxins@camyouths.com
|
|
|
|
|
| Monday, April 27, 2009 |
|
Esperjenza ta' Volontarjat ġewwa Dar San Ġużepp 2009 - L-applikazzjonijiet huma miftuħa!
By CAMYouths Admin @ 2:28 PM
:: 0 Comments
:: 1309 Views
|
|
Il-proġett
mhuwiex residenzjali, jiġifieri il-voluntiera mhux ser ikunu qed
jgħixu fid-Dar, imma ser jintalbu jagħtu ħin bejn
it-Tnejn u l-Ġimgħa.
L-applikazzjonijiet
huma miftuħa għal persuni mhux membri taċ-ĊAMYouths,
imma il-Leadership Committee jew min imexxi dan il-proġett
f’isem iċ-ĊAMYouths, flimkien mad-Direzzjoni ta’
Dar San Ġużepp, jirriservaw id-dritt li jevalwaw u
jiddeċiedu jekk l-applikant huwiex kandidat tajjeb
għall-esperjenza bħal din jew le. L-applikazzjoni għal din l-esperjenza ser jgħalqu nhar it-Tnejn, 11 ta' Mejju 2009. Biex tapplika, għafas fuq dan il-link...
|
|
|
|
|
| Saturday, April 04, 2009 |
|
Ġimgħa Mqaddsa
By CAMYouths Admin @ 1:09 AM
:: 0 Comments
:: 1192 Views
|
Għeżież ħbieb,
Il-Ġimgħa Mqaddsa hi ġimgħa mportanti fil-Knisja
Kattolika u dejjem hekk kien ukoll fic-ĊAMYouths. Hawn taħt għandkom il-programm bil-ħinijiet kollha (Grazzi lil Diane).
Mis-sena
l-oħra Ħamis ix-Xirka ħadet xejra differenti u għażilniha bħala l-festa
spritwali taċ-ĊAMYouths peress li l-qofol ta' dak li aħna hi kollha
mal-komunità. Nixtieq li l-membri KOLLHA jkunu preżenti għax f'dan
il-jum inġeddu l-impenn tagħna fil-komunitajiet rispettivi tagħna.
Wara l-quddiesa ser nagħmlu l-Agape, l-ikla tal-aħwa. Dan għandu
jkun festa, kif dejjem kien isir fil-Knisja u ma hemm xejn ħażin li
l-ikla tal-aħwa jsir b'dal-mod f'Ħamis ix-Xirka. Qed nitolbukom
bħas-sena l-oħra biex kull komunità ġġib ikel u xorb biżżejjed
għan-numru tan-nies li ġejjin mill-komunità tagħha PLUS ONE. (Allura
jekk ġejjin 10 ġibu għal 11). Imma ġġibux ħafna aktar għax jibqa' ħafna
ikel u ħafna ħela.
Nispera li narakom għal dawn il-funzjonijiet l-aktar importanti. Il-Mulej iberikkom u l-Għid it-tajjeb.
Karm
|
|
|
|
|
| Wednesday, April 01, 2009 |
|
'Ohloq Tbissima' Easter Hamper 09
By CAMYouths Admin @ 2:07 AM
:: 0 Comments
:: 1048 Views
|
As announced last Saturday during mass, CAMYouths will collect
food for the MSSP initiative of collection of food for its missions
abroad.
Please note that the food shall be collected during the following events:
Tuesday 31st - Kwizz Kafe'
Wednesday 1st April - 3rd April - Ezercizzi, Rabat
Please spread the word among your communities to bring some of the following items:
- rice
- tinned milk
- preserves such as tuna, corned beef, luncheon meat, beans, sausages etc
- legumes
- sugar
- biscuits, wafers & chocolates
Make sure that the expiry date is a long-lasting one due to travelling and storage.
Kindly spread the word!
Audrey obo Support Team
|
|
|
|
|
| Wednesday, February 25, 2009 |
|
Ringrazzjament minn Fr. Savio Vella (Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ)
By CAMYouths Admin @ 4:05 PM
:: 0 Comments
:: 1381 Views
|
Fr. Savio Vella (Delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ) bagħat ittra ta' ringrazzjament lil ĊAMYouths talli, flimkien mal-iSPYS ikkordinaw il-laqgħat bejn l-Arċisqof u ż-żgħażagħ li ħadmu fil-volontarjat fis-Sajf 2008.
Kopja tal-ittra tistgħu tarawha billi tagħfsu fuq l-istampa t'hawn taħt:
|
|
|
|
|
| Monday, November 24, 2008 |
|
Kurrenti - Ħarġa Numru 05
By CAMYouths Admin @ 2:41 AM
:: 0 Comments
:: 1312 Views
|
Ħbieb, F'isem Konnekxins nixtieq ninfurmakom li għadna kif ippubblikajna l-ħames ħarġa ta' Kurrenti. Din hija wkoll l-aħħar ħarġa tas-sena 2008 u din id-darba għandna ħarġa speċjali ta' 18-il faċċata!!
Mela klikkjaw fuq il-banner li ssibu fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna prinċipali. F'isem Konnekxins nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex titlesta din il-ħarġa inklużi dawk kollha li kitbu l-artikli u dawk li taw il-kontribut tagħhom fil-qari tal-provi.
Ibgħatu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.
Grazzi mill-ġdid.
Nathan Gatt f'isem Konnekxins
|
|
|
|
|
| Monday, October 06, 2008 |
|
Invitation: Mission Sunday - 19th October 2008
By CAMYouths Admin @ 6:12 PM
:: 0 Comments
:: 1261 Views
|
Dear ĊAMYouths
On Sunday 19th October the Catholic Church celebrates Mission Sunday. What is better than celebrating this day by attending Mass with your community? As CAMYouths we are organising a special animated Mass celebrated by Fr. Karm for this event, followed by midday lunch at Melita, Attard. So, details:
Event: Mission Sunday Date: 19th October Time: 10am sharp Place: Youth Centre, Rabat Lunch: Melita
As we would have to reserve our place at the restaurant, please book your attendance for this event by Monday 13th October with me on robertfacciol(at)gmail.com or on 79302411. A €5 deposit has to be paid per person for our booking. Payments can be made either with me or with Audrey after Saturday Mass. The booking fee collected will then be deducted from the bill.
Please note that late bookings will not be accepted after Monday 13th October.
Thank you and hope to see you at this event!
Robert obo Activity Team
|
|
|
|
|
| Friday, October 03, 2008 |
|
Sensiela ta' Laqgħat fuq San Pawl
By CAMYouths Admin @ 4:08 AM
:: 3 Comments
:: 1422 Views
::
|
Għeżież membri taċ-ĊAMYouths, Qed issirilna stedina min-naħa tal-mssp għal sensiela ta' laqgħat fuq San Pawl. Nistednukom biex ilkoll nieħdu din l-opportunità u nsiru nafu iktar lil din il-personalità li bħalma lkoll tafu, l-kariżma tal-mssp - li bħala ĊAMYouths nħaddnu wkoll - hi mibnija fuq l-ispirtwalità ta' San Pawl.
L-ewwel laqgħa hija nhar it-Tnejn li ġej, 6 ta' Ottubru 2008. Għal iktar informazzjoni aqraw hawn taht.
Insellmilkom Brian f'isem il-Leadership Committee ------
"Il-qalb ta’ Pawlu – l-qalb ta’ Kristu."
F’dan iż-żmien meta l-Knisja kollha qiegħda tirrifletti fuq l-Appostlu Missierna, s-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl tixtieq tistiednek għall-Katekeżi Bibblika fuq l-ittri ta’ San Pawl. Flimkien nidħlu fil-fond tal-qalb missjunarja ta’ Pawlu u s-sigriet tad-dixxipulat tiegħu.
Inħallu l-Appostlu tal-ġnus jsir tieqa fuq Kristu li tiegħu kien u li lilu kien jaqdi. Dawn il-katekeżijiet ħa jsiru minn Fr Martin Cilia mssp u membri tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl ġewwa d-Dar ta’ San Ġuzepp, Santa Venera kull l-ewwel Tnejn tax-xahar fis-7.30pm. Parking fil-grawnd ta’ San Ġuzepp, Santa Venera wara l-pompa tal-petrol.
Għal aktar informazzjoni kkuntatja lil Br Clinton Farrugia mssp fuq 21490767.
Dati 6 ta’ Ottubru 2008 - Introduzzjoni ġenerali: Min hu Pawlu l-appostlu tal-Gnus?
3 ta’ Novembru 2008 - Id-Dixxipulat fil-ħsieb ta' Pawlu.
1 ta’ Dicembru 2008 - l-Inkarnazzjoni: Min hu Kristu Ġesu għal Pawlu.
5 ta’ Jannar 2009 - Il-konverżjoni tiegħu fi triq ta' Damasku.
2 ta’ Frar 2009 - L-id moħbija ta' Alla fl-istorja.
2 ta’ Marzu 2009 - Il-knisja l-ġisem ta' Kristu.
6 ta’ April 2009 - Is-Salib u l-Misteru tal-Għid.
4 ta’ Mejju 2009 - Il-ħajja fl-Ispirtu.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|