Insellimlek, Iċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja flimkien ma' l-Istitut ta' Formazzjoni u l-Opri Pontifiċji Missjunarji ser joganiżża Kors Missjoloġiku bil-għan li joffri opportunita' ta' formazzjoni biex jgħin u jferrex l-entużjażmu missjunarju fil-livelli kollha tal-Knisja Kattolika u biex il-parteċipanti jikbru fl-għerf u fl-attitudnijiet essenzjali biex tinbena u ssostni atitudni missjunarja fil-Knisja lokali. Il-Kors huwa miftuħ għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-missjoni u għal dawk li għandhom xewqa li jagħmlu esperjenza missjunarja barra minn Malta. Min jixtieq aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 21 44 44 99 jew jibgħat email lil info@cam.com.mt Il-Kors jibda fis-27 ta' Novembru 2008. L-applikazzjonijiet, indirizzati liċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, Dar San Ġużepp, Triq il-Kbira, Sta. Venera - SVR1010, għandhom jaslu sal-Ġimgħa, 21 ta' Novembru 2008. Ma' din l-email qegħdin nibgħatu leaflet kif ukoll il-poster. Ikun tajjeb jekk tgħaddi din l-email lil dawk kollha li taħseb li huma interessati. Grazzi, Fr Louis Mallia mssp Ċentru Animazzjoni Missjunarja
Poster:

Leaflet
|