Search
Tuesday, September 07, 2010 ..:: Home ::.. Register  Login
 View Article

Current Articles | Categories | Search | Syndication

Monday, May 03, 2010
Aħbarijiet mill-LC
By CAMYouths Admin @ 5:14 PM :: 0 Comments :: 260 Views
Għeżież ĊAMYouths,

Nispera li tinsabu tajbin.

Nixtiequ nibdew l-ewwel email tagħna billi nirringrazzjaw lil LC ta' qabilna għax-xogħol tal-ġenn li għamlu. F'dan ix-xahar u nofs li ilna f'dan l-irwol illum napprezzaw ħafna aktar ix-xogħol li kienu jagħmlu. Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-kandidati l-oħra li kienu magħna għall-għażla tal-LC il-ġdid, li kienu importanti fil-proċess ta' dixxerniment.

F'dan ix-xahar u nofs bdejna bil-mod nifhmu x'inhu mistenni minna. Għalissa nixtiequ naqsmu magħkom kif qsamna l-irwoli bejnietna u fejn ha jkun il-focus tagħna bħala membri tal-LC. L-irwol tagħna ha jkun ta' għajnuna fejn hemm bżonn għall-gruppi differenti li jieħdu ħsieb l-aspetti varji fil-ħajja ta' ĊAMYouths.

         Adrian -   Coordinator
         Etienne - Affarijiet esterni u sostenibilità
         Doreen -  Finanzi u l-post il-ġdid ta' ĊAMYouths
         Audrey -  Attivitajiet ta' ĊAMYouths, kommunikazzjoni u media f'ĊAMYouths
         Karm -     Affarijiet interni

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru wkoll li ġejna rikkonuxxuti mill-gvern bħala Voluntary Organisation,  VO /0396 (NGO). Għandkom mehmuz iċ-ċertifikat li tawna. Grazzi lil LC ta' qabilna u lil Edmond Zammit Laferla li ħadmu fl-aħħar snin biex ikollna dan ir-rikonoxximent. Grazzi tmur ukoll lill-ewwel LC li fforma l-istatut ta' ĊAMYouths li kien fundamentali biex niġu rrokunxuti bħala Voluntary Organisation.

Nawguraw lil min bħalissa għaddej bl-eżamijiet tal-A level u dalwaqt tal-Università. Awguri lill-oħrajn fl-avventuri tal-ħajja ta' kuljum.

Ħudu ħsieb
Adrian, Karm, Doreen, Audrey, Etienne
Comments
Currently, there are no comments. Be the first to post one!
Post a Comment
You must be logged in to post a comment. You can login here.

  

(c) 2002-2010 ĊAMYouths (VO/0396) - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement