|
|
|
|
|
|
|
Current Articles
| Categories
| Search
| Syndication
| Monday, February 15, 2010 |
|
La Goulette 2010 (Tuneżija)
By Renzo Kerr-Cumbo @ 7:07 AM :: 0 Comments :: 438 Views
|
Hbieb,
Dan jidher perjodu ta' ahbarijiet, u nhossu li huwa perjodu b'ahbarijiet pjuttost sbieh immens fil-hajja ta' CAMYouths.
Forsi kif qal Fr. Frankie waqt Fusion, fit-timeline tal-hajja ta' organizzazjoni ftit tkun taf ezattament x'ser ifisser mument partikulari ghall-istess organizzazjoni, pero jinhass li dan il-mument fit-timeline taghna huwa mument sabih immens, fejn qieghed jinghatalna hafna, u ghaldaqstant qeghdin nigu mitlubin naghtu hafna lura.
Madwar tmien snin ilu kien mument storiku fil-hajja ta' CAMYouths meta kienet bdiet l-esperjenza ta' Napli li lkoll nafu fejn waslet. Tliet snin ilu bdiet l-esperjenza SJH li hija esperjenza ohra ghal qalbna, u llum qeghdin inhabbru l-esperjenza ta' volontarjat fit-Tunisia.
Din is-sena ĊAMYouths ghandu l-opportunita li jiehu hsieb din l-esperjenza. Bhala CAMYouths iddecidejna li niehdu din l-opportunita u ghall-ewwel darba nippreparaw grupp ta' voluntiera li lesti jidhlu ghal din l-isfida gdida taghna.
Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini. Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma tal-ġenn.
Dawk minnkom li huma nteressati tapplikaw ghal din l-esperjenza, tistghu tmorru f'dan il-link:
http://www.camyouths.com/Projects/LaGoulette2010/tabid/144/Default.aspx
L-applikanti mhux necessarjament ikunu membri tac-CAMYouths.
Nisperaw li din tkun esperjenza ta' ghotja liema bhalha minnkom ilkoll li ser tidhlu ghaliha.
Dejjem taghkom,
Brian, Karm, Steve, Kenneth, Renzo |
|
|
|
|
| Comments |
|
Currently, there are no comments. Be the first to post one!
|
|
| Post a Comment |
|
You must be logged in to post a comment. You can login
here.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|