Search
Friday, July 30, 2010 ..:: Home ::.. Register  Login
 View Article

Current Articles | Categories | Search | Syndication

Sunday, November 22, 2009
Kurrenti - Ħarġa Numru 10 (05/2009)
By CAMYouths Admin @ 5:59 PM :: 0 Comments :: 577 Views
Ħbieb,
Nispera li tinsabu tajbin.  Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem is-sena 2009, Konnekxins ħaseb li joħroġ l-aħħar ħarġa ta' Kurrenti għal din is-sena u jinfurmakom dwar dak li ġara matul dawn l-aħħar xhur (minn wara ĊAMKamp 2009) sa x'għandkom tistennew għal kumplament tas-sena!

Qabel ma ngħaddu għal dan, xtaqna ngħidulkom li s-sena d-dieħla bi ħsiebna nagħtu dehra ġdida lil din il-publikazzjoni u fil-ġimgħat li ġejjin ser tintalbu tagħtuna ftit il-ħsibijiet tagħkom dwar il-ħarġiet ta' Kurrenti matul dawn l-aħħar sentejn.  Tirċievu aktar dettalji fuq dan matul il-ġimgħat li ġejjin.

Għalissa ejja nħarsu lejn din l-għaxar ħarġa (li hi wkoll l-ħames ħarġa ta' Kurrenti għall-2009):
  • X'għandhom x'jgħidulna l-Leadership Committee?
  • Ħarsa lejn xi tfisser l-mitt sena mit-twaqqif tal-MSSP (skont Fr. Martin Galea)
  • X'hemm preparat minn Support Team għal żmien il-Milied
  • Xi tfisser l-esperjenza ta' ĊAMKAMP 2009 għal diversi nies? (fl-artiklu ta Lisa & Ger)
  • Ħarsa lejn Post-ĊAMKamp Bash 2009
  • Fr. Karm iħares lura lejn Jum il-Missjoni (fil-Kebbies)
  • ĊAMKamp 2009 mill-perspettiva ta' membru fil-komunita Agora
  • Edukazzjoni mhux formali (artiklu ppreparat minn Marie Claire Testa)
  • L-oriġini tal-komunita Zero6 (miktub b'entużjażmu mill-komunita' kollha)
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa

Bħal dejjem, nixtiequ ħafna li tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (10.5MB) jew żuru s-sit tagħna www.camyouths.com.

Narawkom ma ndumux.



Nathan Gatt
f'isem Konnekxins
konnekxins(at)camyouths.com
Comments
Currently, there are no comments. Be the first to post one!
Post a Comment
You must be logged in to post a comment. You can login here.

  

(c) 2002-2010 ĊAMYouths (VO/0396) - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement