Current Articles
| Categories
| Search
| Syndication
| Saturday, October 03, 2009 |
|
Jum il-Missjoni
By CAMYouths Admin @ 2:41 PM :: 0 Comments :: 765 Views
|
Hbieb,
Attività partikolari li qegħdin issa nagħmlu kull sena hi dik ta' Jum il-Missjoni.
Hi ġurnata fejn mal-Knisja nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq wieħed
mill-pilastri ta' ĊAMYouths u fuq kollox l-ispiritwalità tagħna.
X'inhi l-Missjoni? Biex jgħinna nagħmlu dan ser ikun magħna Fr John Curmi li hu wieħed mill-ftit studjużi f'Malta dwar il-missjoloġija.
Ser niltaqgħu nhar il-Ħadd, 18 t'Ottubru, Jum il-Missjoni fil-Kappella DePiro, r-Rabat fid-9.30am.
Ser nagħmlu quddiesa missjunarja fejn fiha ser nilqgħu b'mod uffiċċjali
l-komunitajiet il-ġodda. Din hu attività għall-komunitajiet kollha u
nixtieq li narakom kollha hemm. Wara dan min jixtieq ser immorru mixja
flimkien sal-Wied tal-lunzjata r-Rabat stess. Għalhekk ġibu magħkom xi
packed lunch. Nispiċċaw lura lejn iċ-Ċentru għall-ħabta tat-3.30pm fejn
ser nieħdu bela tè jew kafè flimkien.
Attached hawn il-poster tal-okkażżjoni, grazzi lil Dianne.
Karm |
|
|
|
|
| Comments |
|
Currently, there are no comments. Be the first to post one!
|
|
| Post a Comment |
|
You must be logged in to post a comment. You can login
here.
|
|