Search
Saturday, March 13, 2010 ..:: Home ::.. Register  Login
 View Article

Current Articles | Categories | Search | Syndication

Saturday, April 04, 2009
Ġimgħa Mqaddsa
By CAMYouths Admin @ 1:09 AM :: 0 Comments :: 795 Views
Għeżież ħbieb,

Il-Ġimgħa Mqaddsa hi ġimgħa mportanti fil-Knisja Kattolika u dejjem hekk kien ukoll fic-ĊAMYouths. Hawn taħt għandkom il-programm bil-ħinijiet kollha (Grazzi lil Diane).

gimghamqaddsa2009.jpeg

Mis-sena l-oħra Ħamis ix-Xirka ħadet xejra differenti u għażilniha bħala l-festa spritwali taċ-ĊAMYouths peress li l-qofol ta' dak li aħna hi kollha mal-komunità. Nixtieq li l-membri KOLLHA jkunu preżenti għax f'dan il-jum inġeddu l-impenn tagħna fil-komunitajiet rispettivi tagħna.

Wara l-quddiesa ser nagħmlu l-Agape, l-ikla tal-aħwa. Dan għandu jkun festa, kif dejjem kien isir fil-Knisja u ma hemm xejn ħażin li l-ikla tal-aħwa jsir b'dal-mod f'Ħamis ix-Xirka. Qed nitolbukom bħas-sena l-oħra biex kull komunità ġġib ikel u xorb biżżejjed għan-numru tan-nies li ġejjin mill-komunità tagħha PLUS ONE. (Allura jekk ġejjin 10 ġibu għal 11). Imma ġġibux ħafna aktar għax jibqa' ħafna ikel u ħafna ħela.

Nispera li narakom għal dawn il-funzjonijiet l-aktar importanti. Il-Mulej iberikkom u l-Għid it-tajjeb.


Karm
Comments
Currently, there are no comments. Be the first to post one!
Post a Comment
You must be logged in to post a comment. You can login here.

  

(c) 2002-2009 ĊAMYouths - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement