Search
Friday, July 30, 2010 ..:: Home ::.. Register  Login
Kurrenti - l-aħħar ħarġa
 Calendar Minimize

      

SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)

Current Articles | Categories | Search | Syndication

Sunday, October 04, 2009
Lajċi MSSP - 17 t'Ottubru 2009
By CAMYouths Admin @ 9:43 AM :: 0 Comments :: 840 Views
Gheziez CAMYouths,
 
 
Fl-okkazzjoni tal-gurnata missjunarja, se ssir attivitá ghall-gruppi kollha li jaqghu taht l-MSSP fil-kappella tad-Dar ta’ San Guzepp, Sta Venera, is-Sibt 17 ta' Ottubru, bejn is-6.30pm u t-8.30pm. It-tema ghal din l-attivitá hi: "Flimkien ghall-Missjoni".
 
F'din l-attivitá se jippartecipaw il-gruppi kollha tal-MSSP. Kulhadd hu mistieden biex jattendi.
 
Il-programm ser jikkonsisti minn presentations qosra (mhux iktar mnnn 5 mins) b'temi differenti mill-gruppi differenti u mbaghad quddiesa.
 
It-tema li ghandna ahna hija 'iz-zghazagh u l-missjoni/servizz'.
 
Ghal dan il-ghan qed nitlob biex min hu interessat jghin fil-presentation javza lili.  Il-hsieb tieghi kien li ntellghu sketch, jew mima....inkella jekk ghandkom xi idejat ohra ejjew bihom.
 
Il-bqija tan-nies ikun sabih li jattendu bi hgarhom.  Naf li hemm attivitá ohra tac-CAMYouths l-ghada imma ikun tajjeb li jkollna numru sabih ghal din l-attivitá ukoll.
 
Nisma' minghandkom. 

--
Brian
obo LC
Saturday, October 03, 2009
Jum il-Missjoni
By CAMYouths Admin @ 2:41 PM :: 0 Comments :: 764 Views
Hbieb,

Attività partikolari li qegħdin issa nagħmlu kull sena hi dik ta' Jum il-Missjoni. Hi ġurnata fejn mal-Knisja nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq wieħed mill-pilastri ta' ĊAMYouths u fuq kollox l-ispiritwalità tagħna.

X'inhi l-Missjoni? Biex jgħinna nagħmlu dan ser ikun magħna Fr John Curmi li hu wieħed mill-ftit studjużi f'Malta dwar il-missjoloġija.

Ser niltaqgħu nhar il-Ħadd, 18 t'Ottubru, Jum il-Missjoni fil-Kappella DePiro, r-Rabat fid-9.30am. Ser nagħmlu quddiesa missjunarja fejn fiha ser nilqgħu b'mod uffiċċjali l-komunitajiet il-ġodda. Din hu attività għall-komunitajiet kollha u nixtieq li narakom kollha hemm. Wara dan min jixtieq ser immorru mixja flimkien sal-Wied tal-lunzjata r-Rabat stess. Għalhekk ġibu magħkom xi packed lunch. Nispiċċaw lura lejn iċ-Ċentru għall-ħabta tat-3.30pm fejn ser nieħdu bela tè jew kafè flimkien.

Attached hawn il-poster tal-okkażżjoni, grazzi lil Dianne.

Karm
Wednesday, August 26, 2009
Kurrenti - Ħarġa Numru 09 (04/2009)
By CAMYouths Admin @ 5:23 PM :: 0 Comments :: 691 Views
Ħbieb,
Nispera li tinsabu tajbin.  Wasalna ġimgħa bogħod biss mill-appuntament annwali fil-kalendarju ta' ĊAMYouths - wasal iċ-ĊAMKamp - Konnekxins ħaseb li joħroġ din il-ħarġa ta' Kurrenti ġimgħa qabel dan l-appuntament annwali.  F'din id-disa' ħarġa ta' Kurrenti (li hi wkoll ir-raba' ħarġa għall-2009) tajna ħarsa lejn:
  • X'għandhom x'jgħidulna l-Leadership Committee
  • Il-Ħajja fl-MSSP (skont Fr. Frankie Cini)
  • Esperjenza tal-komunita' A-Teens fl-artiklu Magic Moments
  • L-esperjenza ta' volontarjat ġewwa Napli fix-xahar li għadda
  • Edizzjoni speċjali tal-artiklu Lis & Ger
  • L-esperjenza ta' volontarjat ġewwa d-Dar ta' San Ġużepp
  • ħsieb spiritwali permezz ta 'Il-Kebbies'
  • Ħarsa lejn attivitajiet organizzati minn Support Team u Activity Team
  • Avvenimenti li ser jiġu organizzati fiż-żmien qarib
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa

Bħal dejjem, tistgħu tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (19.1MB).

Narawkom nhar il-Ħamis li ġej għal ĊAMKamp 2009.



Nathan Gatt
f'isem Konnekxins
konnekxins(at)camyouths.com
Tuesday, August 11, 2009
ĊAMYouths presents 'Celebrating Youth'
By CAMYouths Admin @ 12:25 AM :: 0 Comments :: 794 Views
Wednesday, June 10, 2009
Kurrenti - Ħarġa Numru 08 (03/2009)
By CAMYouths Admin @ 11:15 AM :: 0 Comments :: 883 Views
Ħbieb,
Konnekxins qed iwasslilkom it-tmien ħarġa ta' Kurrenti (li hi wkoll it-tielet ħarġa għall-2009) u f'din il-ħarġa tajna ħarsa lejn:
  • Il-Kebbies bit-tema Ilkoll fl-istess komunita'
  • il-preparazzjoni għall-volontarjat f'Napli u San Ġużepp matul dan is-sajf
  • ħarsa lejn attivitajiet organizzati minn Support Team u Activity Team
  • avvenimenti li ser jiġu organizzati fiż-żmien qarib
  • Informazzjoni fuq il-programm YouthPass
  • Messaġġ mill-Leadership Committee
  • Messaġġ minn Fr. Frankie Cini (f'isem l-MSSP)
  • u aktar....
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa

Bħal dejjem, tistgħu tibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins@camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (7.59MB).




Nathan Gatt
f'isem Konnekxins
konnekxins@camyouths.com

Monday, April 27, 2009
Esperjenza ta' Volontarjat ġewwa Dar San Ġużepp 2009 - L-applikazzjonijiet huma miftuħa!
By CAMYouths Admin @ 2:28 PM :: 0 Comments :: 1232 Views

Il-proġett mhuwiex residenzjali, jiġifieri il-voluntiera mhux ser ikunu qed jgħixu fid-Dar, imma ser jintalbu jagħtu ħin bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa għal persuni mhux membri taċ-ĊAMYouths, imma il-Leadership Committee jew min imexxi dan il-proġett f’isem iċ-ĊAMYouths, flimkien mad-Direzzjoni ta’ Dar San Ġużepp, jirriservaw id-dritt li jevalwaw u jiddeċiedu jekk l-applikant huwiex kandidat tajjeb għall-esperjenza bħal din jew le.

L-applikazzjoni għal din l-esperjenza ser jgħalqu nhar it-Tnejn, 11 ta' Mejju 2009.

Biex tapplika, għafas fuq dan il-link...

Saturday, April 04, 2009
Ġimgħa Mqaddsa
By CAMYouths Admin @ 1:09 AM :: 0 Comments :: 1115 Views
Għeżież ħbieb,

Il-Ġimgħa Mqaddsa hi ġimgħa mportanti fil-Knisja Kattolika u dejjem hekk kien ukoll fic-ĊAMYouths. Hawn taħt għandkom il-programm bil-ħinijiet kollha (Grazzi lil Diane).

gimghamqaddsa2009.jpeg

Mis-sena l-oħra Ħamis ix-Xirka ħadet xejra differenti u għażilniha bħala l-festa spritwali taċ-ĊAMYouths peress li l-qofol ta' dak li aħna hi kollha mal-komunità. Nixtieq li l-membri KOLLHA jkunu preżenti għax f'dan il-jum inġeddu l-impenn tagħna fil-komunitajiet rispettivi tagħna.

Wara l-quddiesa ser nagħmlu l-Agape, l-ikla tal-aħwa. Dan għandu jkun festa, kif dejjem kien isir fil-Knisja u ma hemm xejn ħażin li l-ikla tal-aħwa jsir b'dal-mod f'Ħamis ix-Xirka. Qed nitolbukom bħas-sena l-oħra biex kull komunità ġġib ikel u xorb biżżejjed għan-numru tan-nies li ġejjin mill-komunità tagħha PLUS ONE. (Allura jekk ġejjin 10 ġibu għal 11). Imma ġġibux ħafna aktar għax jibqa' ħafna ikel u ħafna ħela.

Nispera li narakom għal dawn il-funzjonijiet l-aktar importanti. Il-Mulej iberikkom u l-Għid it-tajjeb.


Karm
Wednesday, April 01, 2009
Rapport ta' Ħidma - 2008-2009 - Leadership Committee
By CAMYouths Admin @ 2:16 AM :: 0 Comments :: 664 Views
Dear CAMYouths,
 
Please find Activity Report by Leadership Committee as will be presented during the Annual General Assembly on 26th April 2009.
 
Kindly review beforehand, in your own time.
 
There will be time for discussion and reactions on the report during the AGA proceedings.
 
Many thanks to Leadership Committee for their time and dedication to CAMYouths - as you will see in this report!
 
Yours,
 
Audrey Vella
obo Support Team


N.B. This report is also available in the 'About Us' > 'Activity Reports' section of the website.
Wednesday, April 01, 2009
'Ohloq Tbissima' Easter Hamper 09
By CAMYouths Admin @ 2:07 AM :: 0 Comments :: 946 Views
As announced last Saturday during mass, CAMYouths will collect food for the MSSP initiative of collection of food for its missions abroad.   Please note that the food shall be collected during the following events:   Tuesday 31st - Kwizz Kafe' Wednesday 1st April - 3rd April - Ezercizzi, Rabat   Please spread the word among your communities to bring some of the following items:  
  • rice
  • tinned milk
  • preserves such as tuna, corned beef, luncheon meat, beans, sausages etc
  • legumes
  • sugar
  • biscuits, wafers & chocolates
  Make sure that the expiry date is a long-lasting one due to travelling and storage.   Kindly spread the word!  


Audrey
obo Support Team
Wednesday, February 25, 2009
Ringrazzjament minn Fr. Savio Vella (Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ)
By CAMYouths Admin @ 4:05 PM :: 0 Comments :: 1292 Views
Fr. Savio Vella (Delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ) bagħat ittra ta' ringrazzjament lil ĊAMYouths talli, flimkien mal-iSPYS ikkordinaw il-laqgħat bejn l-Arċisqof u ż-żgħażagħ li ħadmu fil-volontarjat fis-Sajf 2008.

Kopja tal-ittra tistgħu tarawha billi tagħfsu fuq l-istampa t'hawn taħt:

20080916-KDZ-letter.jpg
Previous Page | Next Page
(c) 2002-2010 ĊAMYouths (VO/0396) - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement