Search
Friday, July 30, 2010 ..:: Home ::.. Register  Login
Kurrenti - l-aħħar ħarġa
 Calendar Minimize

      

SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)

Current Articles | Categories | Search | Syndication

Friday, July 23, 2010
Support Team Ġdid
By CAMYouths Admin @ 12:26 PM :: 0 Comments :: 21 Views
Hi all

Nisperaw li qed tgawdu s-Sajf kemm tistgħu.

Nixtiequ nħabbrulkom li għadna kif waqqafna is-Support Team il-ġdid. Support Team hu dak it-tim li jieħu ħsieb li jorganiżża attivitajiet għal ĊAMYouths kollha li f'dawn l-aħħar sentejn kienu qed ikunu kważi kull xahar.

It-tim il-ġdid hu magħmul minn:

Simon Pace (Equinox)
Sharon Vassallo (Amistad)
Lisa Camilleri (Crossroads)
Dorianne Galea (Takara)
Shaun Cassar (Lynks)

Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lil ST preċedenti li kien l-ewwel ST ta' ĊAMYouths u kellu jibda kollox mill-bidu. Zgurissmu nistgħu napprezzaw ix-xogħol tal-ġenn li għamlu. Matul dawn it-tliet snin it-tim kien magħmul Audrey Ann Vella, Jonathan Sammut, Andrew Camilleri, Stephanie Morana, Denise Muscat u Simon Pace.

Ringrazzjament ukoll lid-diversi membri fl-Activities Team, li dejjem qed jiżdiedu, li flimkien ma' ST joholqu l-programm t'attivitajiet ta' ĊY.

Ħudu ħsieb
Adrian
f'isem l-LC
Saturday, June 26, 2010
Kurrenti: Ħarġa Nru 13 (03/2010)
By CAMYouths Admin @ 1:22 AM :: 0 Comments :: 85 Views
Ħbieb:

Nispera li tinsabu lkoll tajjeb. 

F'isem Konnekxins bi pjaċir ninfurmakom li għadna kif ippubblikajna it-tlettax il-ħarġa ta' Kurrenti (u t-tielet ħarġa għas-sena 2010).  Ħa nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa:
  • Messaġġ mill-Leadership Committee
  • Artiklu fuq KwizzKafe
  • Il-Kebbies
  • Artiklu fuq attivita organizzata mill-GGCT
  • Ritratt mill-istorja tal-MSSP
  • ĊAMYouths Got Talent
  • Artiklu fuq l-esperjenza f'Napli
  • ĊAMYouths fit-Tuneżija
  • EU u SKOP
  • El Camino
  • Gadget
  • ritrattRakkont
  • REELTime
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.

Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (2.5MB).

Narawkom ma ndumux.



Nathan Gatt
f'isem Konnekxins
konnekxins(at)camyouths.com
Friday, May 21, 2010
Segretarja Ġdida tal-LC
By CAMYouths Admin @ 1:30 PM :: 0 Comments :: 166 Views
Għeżież ĊAMYouthers

Nisperaw li tinsabu tajbin.

Nixtiequ nħabbrulkom li Amanda Muscat (Jovenes) hi s-segretarja l-ġdida tal-LC. Nixtiequ nirringrazzjawha talli aċċett biex twettaq dan is-servizz.

Fl-istess ħin nixtiequ nirringrazzjaw lil Doreen Mizzi (Sin Frontieras) tax-xogħol li għamlet f'din l-aħħar sena u nofs. Ma tantx kellna ċans naħdmu magħha imma kienet importanti għalina fiċ-changeover tal-LC.

Nżommukom aġġornati fil-ġimgħat li ġejjin.

Jekk ikollkom ideat, suġġerimenti jew mistoqsijiet tiddejqux tibagħtulna.

Ħudu ħsieb
Adrian, Karm, Doreen, Audrey, Etienne
Monday, May 03, 2010
Aħbarijiet mill-LC
By CAMYouths Admin @ 5:14 PM :: 0 Comments :: 174 Views
Għeżież ĊAMYouths,

Nispera li tinsabu tajbin.

Nixtiequ nibdew l-ewwel email tagħna billi nirringrazzjaw lil LC ta' qabilna għax-xogħol tal-ġenn li għamlu. F'dan ix-xahar u nofs li ilna f'dan l-irwol illum napprezzaw ħafna aktar ix-xogħol li kienu jagħmlu. Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-kandidati l-oħra li kienu magħna għall-għażla tal-LC il-ġdid, li kienu importanti fil-proċess ta' dixxerniment.

F'dan ix-xahar u nofs bdejna bil-mod nifhmu x'inhu mistenni minna. Għalissa nixtiequ naqsmu magħkom kif qsamna l-irwoli bejnietna u fejn ha jkun il-focus tagħna bħala membri tal-LC. L-irwol tagħna ha jkun ta' għajnuna fejn hemm bżonn għall-gruppi differenti li jieħdu ħsieb l-aspetti varji fil-ħajja ta' ĊAMYouths.

         Adrian -   Coordinator
         Etienne - Affarijiet esterni u sostenibilità
         Doreen -  Finanzi u l-post il-ġdid ta' ĊAMYouths
         Audrey -  Attivitajiet ta' ĊAMYouths, kommunikazzjoni u media f'ĊAMYouths
         Karm -     Affarijiet interni

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru wkoll li ġejna rikkonuxxuti mill-gvern bħala Voluntary Organisation,  VO /0396 (NGO). Għandkom mehmuz iċ-ċertifikat li tawna. Grazzi lil LC ta' qabilna u lil Edmond Zammit Laferla li ħadmu fl-aħħar snin biex ikollna dan ir-rikonoxximent. Grazzi tmur ukoll lill-ewwel LC li fforma l-istatut ta' ĊAMYouths li kien fundamentali biex niġu rrokunxuti bħala Voluntary Organisation.

Nawguraw lil min bħalissa għaddej bl-eżamijiet tal-A level u dalwaqt tal-Università. Awguri lill-oħrajn fl-avventuri tal-ħajja ta' kuljum.

Ħudu ħsieb
Adrian, Karm, Doreen, Audrey, Etienne
Monday, May 03, 2010
Kurrenti - Ħarġa Numru 12 (02/2010)
By CAMYouths Admin @ 5:14 PM :: 0 Comments :: 226 Views
Ħbieb,
Nispera li tinsabu lkoll tajjeb. 

F'isem Konnekxins bi pjaċir ninfurmakom li għadna kif ippubblikajna it-tnax il-ħarġa ta' Kurrenti (u t-tieni ħarġa għas-sena 2010).  F'din il-ħarġa komplejna nżidu artikli ġodda u nista ngħidilkom li din hija l-itwal ħarġa s'issa b'total ta' 21 faċċata.

Ħa nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa:
  • Introduzzjoni mill-membri tal-Leadership Committee il-ġdid
  • Artiklu fuq l-AGA
  • Il-Kebbies
  • Ritratt mill-istorja tal-MSSP
  • ĊAMYouths Got Talent
  • ĊAMYouths fuq Xarabank
  • Il-Papa f'Malta
  • EU u SKOP
  • El Camino
  • Gadget
  • ritrattRakkont
  • u minn din il-ħarġa ... REELTime
Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.

Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins(at)camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (7.27MB).
 
Narawkom ma ndumux.



Nathan Gatt
f'isem Konnekxins
konnekxins(at)camyouths.com
Monday, April 12, 2010
KwiżżKafe'
By CAMYouths Admin @ 4:20 AM :: 0 Comments :: 241 Views

Għeżież Ċamyouths,

KwiżżKafè reġa’ magħna! 

Wara r-rispons tas-sena l-oħra ħsibna li din is-sena nerġgħu intellgħu din l-attività, li dis-sena ħa jkollha xi tibdiliet zgħar....għax iddeċidejna li nbiddlu l-mistoqsijiet żgur!

Mela, it-timijiet iridu jkunu ta’ 6 min-nies u min hu interessat importanti li jibgħat e-mail fuq lisacamilleri89(at)gmail.com

Kull tim irid ikollu leader u isem (li jridu jkunu miktubin fl-email ukoll =))

In-numru ta’ timijiet li ħa jiġu aċċettati huwa limitat allura importanti li tibagħtu kemm jista’ jkun malajr biex ma jilħaqx jiksaħ il-kafè xejn xejn!

kwizzkafe2010_poster.jpg

Data: 25 ta' April 2010

Ħin: 4.30pm (importanti li kulħadd ikun hemm fil-ħin)

Kull min ġej huwa mitlub iġib miegħu moħħ biex jaħseb u naqa’ sens komun ma jagħmilx ħażin lanqas XD

Narawkom

 

Clifton, Oriana & Rowena
obo Activity Team

Tuesday, March 23, 2010
LC Election - Results
By CAMYouths Admin @ 7:22 PM :: 0 Comments :: 245 Views
Dear all,
 
This is to inform and with pleasure announce that the new Leadership Committee 2010-2013, will be composed of Audrey-Ann Vella (A-Teens), Adrian Zahra (Jovenes), Doreen Saliba (Stripes) and Etienne Micallef (Jovenes) who obtained highest preference in the elections that took place during this year’s Annual General Assembly. 
 
Whilst wishing them every success in this new responsibility, we take this opportunity to thank the previous LC members - namely Steve Falzon (A-Teens), Renzo Kerr Cumbo (Jovenes), Brian Gauci (Jovenes), Kenneth Fiteni (Kbar) and Fr Karm for their hard work and constant commitment towards CAMYouths.
 
 
Regards,
 
 
Jonathan
obo Support Team
Wednesday, March 03, 2010
La Goulette 2010 Coordinators
By CAMYouths Admin @ 2:20 PM :: 0 Comments :: 392 Views
Dear all,
 
We are pleased to announce the Coordinators for La Goulette 2010:
  • Wayne J. Dimech (Amistad)
  • Chris Formosa (Amistad)
Doreen Saliba (Stripes) will be helping in the preparations for this experience.
 
We take this opportunity to thank all the above for accepting to assume such roles; we are more than positive that this team augurs well for this forthcoming project which is new for us CAMYouths.
 
Applications for La Goulette 2010 are now closed and we have 14 applicants.  
 
Let us all pray that this project, which has been entrusted in our hands, will be a growth-promoting experience for the group enrolling for it and for the rest of our organisation as a whole.
 
Regards,
 
--
Steve, Kenneth, Renzo, Fr. Karm and Brian
Leadership Committee
Sunday, February 28, 2010
Kurrenti - Ħarġa Numru 11 (01/2010)
By CAMYouths Admin @ 8:14 AM :: 0 Comments :: 357 Views
Ħbieb,
Nispera li tinsabu lkoll tajjeb. 

Diġa għaddew xahrejn mis-sena 2010 u wasal ukoll iż-żmien li noħorġu l-ewwel ħarġa ta' Kurrenti għal din is-sena.  Kif ser taraw, biddilna kemm id-disinn kif ukoll uħud mill-artikli sabiex nippruvaw nagħmlu din il-publikazzjoni aktar interessanti għalikom.

Ħa nagħtikom ftit ħjiel fuq x'se ssibu f'din il-ħarġa:
  • L-aħħar kelmtejn mill-membri tal-Leadership Committee
  • Messaġġ mis-Support Team qabel l-AGA
  • X'ġara fi żmien il-Milied f'ĊAMYouths?
  • GGCT - min?
  • EU - x'hemm għalina?
  • International Voluntary Service
  • El Camino
  • Gadget
  • ritrattRakkont
Nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa kif

Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa b'disinn u kontenut ħdid. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq konnekxins@camyouths.com.

Għafsu fuq dan il-link biex taraw din il-ħarġa (6.95MB).


Konnekxins
konnekxins(at)camyouths.com

Wednesday, February 24, 2010
LC Activity Report and Financial Report
By CAMYouths Admin @ 11:08 AM :: 0 Comments :: 412 Views
Dear All:

The LC activity report and the financial report are now available on the camyouths.com website in the "About Us" > "Annual Reports" section.

As in previous years, the activity report is available to all website users.

However, the financial report is only available to CAMYouths members who have registered on the website and their accounts have been approved as 'Registered Members'. Login using your username and password to view the financial report.

Regards,


Konnekxins 
Previous Page | Next Page
(c) 2002-2010 ĊAMYouths (VO/0396) - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement