Search
Friday, July 30, 2010 ..:: Events » Fusion ::.. Register  Login
It-tieni edizzjoni ta' FUSION - Naraw, Nisimgħu, Inxandru

Għeżież ħbieb,

Nisperaw li lkoll tinsabu tajbin. Qegħdin niktbu rigward il-live-in li ser isir għall-komunitajiet il-kbar i.e. Fusion 2010.

Bħas-sena li għaddiet, l-għan prinċipali ta' Fusion huwa li nsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-komunitajiet il-kbar (u lejn iċ-ĊAMYouths) u jkollna opportunita' fejn nikbru flimkien f'ambjent aħjar li jilħaq iktar il-bżonnijiet tagħna.  Din is-sena ser nindirizzaw il-valuri tas-Soċjeta Missjunarja ta' San Pawl u kif dawn jolqtu lilna bħala membri f'ĊAMYouths u fil-komunitajiet tagħha.

Il-komunitajiet tal-Kbar, Stripes, Sin Fronteras, Jóvenes, Amistad, Clusters, u Ateens huma nvitati sabiex jipparteċipaw.  Fusion ser isir bejn il-5 u s-7 ta' Frar fil-guesthouse Ocean Reef ġewwa Wied il-Għajn.  Bħalissa għaddejja ħafna ħidma sabiex Fusion10 tkun esperjenza unika għalik.  Għalhekk inħeġġuk li tattendi.

Il-prezz għal dan il-weekend ser ikun ta' €40. Dan jinkludi l-ikliet kollha (ikla il-Ġimgħa; breakfast, lunch u ikla s-Sibt; u breakfast u lunch il-Ħadd), akkomodazzjoni, u jekk Alla jrid, t-Tshirt ta Fusion10.

Il-kmamar huma separati imma għall-koppji miżżewġin ħsibna li jkun hemm kmamar b'żewġ sodod.  min hu miżżewweġ jista' jġib il-mara/r-raġel u jibqa' hemm għall-weekend kollu (ma jipparteċipax biss waqt il-laqgħat u l-ħin ta' talb tas-Sibt).

Dawk il-koppji miżżewġin li għandhom it-tfal huma mistednin jiġu bit-tfal.  Min hu għarus jista' jistieden lill-maħbub/a biex jingħaqad magħna s-Sibt filgħaxija (20.30) għall-mument ta' rikreazzjoni.

Li nixtiequ mingħandkom hu li min ġej javża ftit lill-Guide tal-grupp tagħkom u l-Guides jekk jogħġobhom jinfurmawna bil-parteċipanti sal-15 ta' Jannar 2010.

Grazzi u awguri.

Insellmulkom
Victor u Pawlu


Programm ta' Fusion 2010

Għafas fuq l-istampa t'hawn taħt sabiex tara l-programm.

fusion2010_programme.jpg

Għafas fuq dan il-link għal verżjoni PDF.


Mappa tal-Ocean Reef Guesthouse, Wied il-Għajn



View Ocean Reef, M'Scala in a larger map
(c) 2002-2010 ĊAMYouths (VO/0396) - A member of SKOP (The National Platform of Maltese NGDOs)   Terms Of Use  Privacy Statement