Welcome to ĊAMYouths.com. This website provides an insight into the vision, structure and life of ĊAMYouths. Over the coming weeks and months, we will be launching a number of facilities - e.g. Resource Centre, revamped Events Calendar, etc... In the meantime, news updates will be published below and we have also added a "Quick Links" section for your convenience. Enjoy! Konnekxins ĊAMYouths - Media & Communications Team |
Home
CAMYouths for Family Pace
Bank Account Holder Name: CAMYouths IBAN:MT16VALL22013000000040020040990 BIC / SWIFT: VALLMTMT Transfer Reference: CY4Pace As endorsed by Family Pace, following the tragedy in St. Venera, ĊAMYouths is collecting donations on their behalf. The daughter of Carmel and Miriam Pace, and her husband are members of the ĊAMYouths organisation. The family would like to thank everyone for their support. Name of Organisation: ĊAMYouths (VO/0396) Address Of Organisation: Dar ĊAMYouths, Emmanuele Vitale Street, Rabat RBT 2020 Email address: accounts@camyouths.com Donations to IBAN account can also be sent through the Revolut app, please see following links for instructions; Step 1: https://www.youtube.com/watch?v=hF15_CpovSo Step 2: https://www.youtube.com/watch?v=F7LW7USDw9k Donations can also be sent by SMS to the following numbers; 50618940 - €6.99 50619236 - €11.65 |
Esperjenzi ta' Volontarjat 2016
Għeżież, Għal darb'ohra ĊAMYouths iddecieda li jorganizza l-esperjenzi ta' volontarjat ġewwa Napli, Dublin u Mallow (Blarney). Matul dawn l-esperjenzi, il-voluntiera se jkunu qegħdin jgħinu lill-Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa) fl-organizzazzjoni ta’ summer camp mat-tfal. Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju. Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli. L-esperjenza ta' Napli ddum tlett gimghat, filwaqt li ta' Dublin u Mallow ghandhom gimghatejn. Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza. Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati. Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi tmorru f'din il-paġna: Esperjenzi ta' Volontarjat 2016 ![]() L-applikazzjonijiet jagħlqu s-Sibt, 6 ta' Frar 2016. Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenzi tistghu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com f'isem il-Leadership Committee |
ĊAMYouths - AGA 2012
Dear ĊAMYouths, Please find below a link to the Leadership Committee Activity Report which will be presented during this year's AGA on Sunday 29th April 2012. There will be time for discussion and reactions on the report during the AGA proceedings. Many thanks to Leadership Committee for their time and dedication to ĊAMYouths! Link to Leadership Committee Activity Report Link to ĊAMYouths Financial Report 31-12-2011 will be available soon. In the meantime, may I remind you that deadline for submission of amendments and proposals is Sunday, 8th April, 2012. Please refer to Community Guides for further details. If you have any questions kindly put these forward to Support Team on st(at)camyouths.com Regards, Simon obo ST |
SJH 2012 - L-applikazzjonijiet miftuħin
Għeżież ĊAMYouths, Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li qegħdin niftħu l-applikazzjonijiet għall-esperjenza mas-subien tad-Dar ta' San Gużepp ġewwa St. Venera. L-esperjenza ser issir bejn it-23 ta' Lulju u t-30 t'Awwissu 2012. Is-subien huma ta' eta bejn il-5 u l-15-il sena. Fl-esperjenza l-voluntiera huma mistennija li jqattgħu ħin mat-tfal f'attivitajiet edukattivi, ta' sports, ta' crafts u attivitajiet oħra. Il-voluntiera jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom normali tas-sajf u jagħtu availabilities meta jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom f'din l-esperjenza. Il-parti kbira tal-esperjenza ssir wara nofsinhar u filgħaxija. Nissuġġerixxu li l-voluntiera joffru aktar minn ġurnata waħda fil-ġimgha biex b'hekk tkun esperjenza ta' ġid kemm għall-voluntiera infushom u għat-tfal li ser ikunu maghhom. Il-voluntiera iridu jimxu mar-regoli tal-voluntiera tad-Dar ta' San Ġużepp. L-esperjenza tirrikjedi wkoll laqgħat ta' preparazzjoni qabel is-Sajf. Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi żżuru l-website tagħna www.camyouths.com > Events > SJH 2012. Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Adrian f'isem Leadership Committee |
La Goulette 2012 - L-applikazzjonijiet miftuħin
Għeżież, Għat-tielet sena, ĊAMYouths ser norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa La Goulette fit-Tuneżija. Dan ser inkunu qed nagħmluh flimkien mas-Sorijiet Missjunarji tal-Karita (is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju. Din hija esperjenza unika li
titlob preparazzjoni konsiderevoli. Matul il-ħmistax ta' servizz li jagħtu l-voluntiera, il-basement
tal-istess dar jinqaleb fi skola għas-sajf għat-tfal li jgħixu viċin
l-istess dar. Tul il-ħin li t-tfal jgħaddu għand is-sorijiet, it-tfal
jitgħallmu l-Ingliż, jilgħabu, jagħmlu l-crafts u ssir ftit
preparazzjoni għall-festin żgħir li jsir quddiem il-ġenituri tal-istess
tfal fl-aħħar ġurnata li huma jattendu. It-Tuneżija huwa post
interessanti ħafna fejn il-Maltin għandhom rispett kbir mit-Tuneżini.
Il-poplu huwa ġeneruż u moħħu miftuħ fl-istess ħin. It-tfal huma
tal-ġenn. L-esperjenza hija mqassma fuq ġimgħatejn. Id-dati ta' din l-esperjenza huma mill-5 sad-19 ta' Awwissu 2012. Minħabba raġunijiet loġistiċi ħdax-il persuna biss jistgħu jagħmlu din l-esperjenza. Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza. Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee.
L-applikazzjonijiet jagħlqu is-Ħadd 25 ta' Marzu 2012 fil-5 ta' filgħaxija.
Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Adrian f'isem Leadership Committee |
Napoli 2012 - L-applikazzjonijiet miftuħin!
Għeżież, Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li ĊAMYouths ser nerġgħu norganiżżaw l-esperjenza ta' volontarjat mat-tfal ġewwa Napli. Bħas-soltu ser inkunu qegħdin ngħinu lis-Sorijiet Missjunarji tal-Karita (Is-sorijiet ta' Mother Theresa). Matul din l-esperjenza, jingħata emfażi lill-aspett spiritwali u komunitarju. Din hija esperjenza unika li titlob preparazzjoni konsiderevoli. L-esperjenza hija mqassma fuq 4 ġimgħat u preferibilment wieħed għandu jibqa' għall-esperjenza kollha. Madanakollu, kandidati li jistgħu jagħmlu din l-esperjenza għal ġimgħatejn biss jiġu kkunsidrati wkoll. L-esperjenza ser issir bejn l-14 ta' Lulju u t-12 t'Awwissu 2012. Ladarba tintbagħat l-applikazzjoni u jsiru l-ewwel ftit laqgħat, tim ta' nies (magħrufin bħala PDT) jevalwaw u jagħzlu dawk il-kandidati li se jagħmlu din l-esperjenza. Il-PDT jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni f'konsultazzjoni mal-Leadership Committee. Il-postijiet għall-esperjenza huma limitati. Tistgħu ssibu l-applikazzjoni billi żżuru l-website tagħna www.camyouths.com > Events > Napoli 2012. L-applikazzjonijiet jagħlqu il-Ħadd 25 ta' Marzu 2012 fil-5 ta' filgħaxija.Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar l-esperjenza tistgħu tibgħatu fuq l-email lc(at)camyouths.com Adrian f'isem Leadership Committee |
Kurrenti - Ħarġa Numru 19 (04/2011)
Ħbieb: Konnekxins qed
jerġa jwasslilkom ħarġa oħra ta' Kurrenti (Edizzjoni numru 4
għall-2011) u din id-darba ksirna rekord ieħor - din il-ħarġa fiha 33
faċċata ta' ritratti, nformazzjoni, ħsibijiet, stejjer u esperjenzi
sbieħ mill-ħajja mimlija lwien f'ĊAMYouths!
L-enerġija li teżisti bħalissa f'ĊAMYouths hija sabiħa wisq u j'Alla din tkompli matul il-kumplament tas-sena. Konnekxins se nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex dan l-entużjażmu jibqa' għaddej u qed nibdew billi nippubblikaw edizzjoni oħra interessanti ta' Kurrenti. Żgura li kull wieħed u waħda minnkom se ssibu xi artiklu li jinteressakom u forsi wkoll inissel xi tbissima fuq wiċċkom jew iġibilkom xi ftit nostalġija. Ma jistax jonqos li ċertu artikli jħarsu sew lejn dak li jġib miegħu Jum Il-Missjoni kif ukoll l-ħsieb wara din il-ġurnata! Fost l-artikli f'din il-ħarġa għandkom issibu (ħudu nifs twil!!):
F'isem it-tim kollu, nixtiequ nirrigrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u stinkaw biex tlestiet din il-ħarġa.
Għalkemm kienet ħarġa li kien fiha ħafna xogħol, ninsabu kuntenti ħafna
bil-kontribuzzjonijiet tagħkom u nisperaw li nibqgħu nirċievu
l-ħsibijiet, stejjer, ritratti u artikli tagħkom fil-ħarġiet li jmiss! Napprezzaw ħafna li nkunu nafu x'taħsbu fuq din il-ħarġa. Filkas, ibgħatu l-kummenti tagħkom fuq kurrenti(at)camyouths.com.
Għafsu hawn biex taraw din il-ħarġa. Nota: Ladarba tagħfas fuq dan il-link tista (skont kif tippreferi) tara l-ħarġa online (pero kwalita iktar baxxa) jew inkella tniżżel il-ħarġa bħala High-Quality PDF billi tmur fil-"File" menu u tagħfas fuq "Download Original". Grazzi mill-ġdid. Geraldine f'isem Konnekxins |
Reuniting ... Mission Sunday 2011
Ħbieb, Bi pjaċir nistednukom għal attivita' ġdida li qed jorganizza ĊAMYouths nhar it-23 ta' Ottubru fid-Dar ta' San Ġużepp (Santa Venera). Għalkemm l-okkażjoni hija nhar Mission Sunday, biss din is-sena ha tkun fuq skala ikbar u ser tagħti l-opportunita' sabiex il-familjari u nies qrib tagħkom isiru jafu ftit x'inhu ĊAMYouths u l-ispirtu li nħaddnu bħala membri u komunitajiet. Bħal ma jidher fil-poster li qed jintbagħat ma' din l-email, it-tema hija 'Re-uniting..Mission Sunday' peress li din l-attivita' ser toffri l-opportunita' li niltaqgħu ma' dawk in-nies li b'xi mod jew ieħor gawdew mill-ispirtu sabiħ ta' ĊAMYouths u ghalhekk ghal din l-okkazjoni nħeġġukom tistidnu lil dawk l-individwi li b'xi mod jew ieħor taw sehemhom fil-passat f'xi volontarjat jew esperjenzi kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Nisperaw li tattendu bi ħġarkom (speċjalment dawk minnkom li ilna ftit ma naraw) sabiex niċċelebraw din l-okkazjoni u nġeddu l-memorji sbieħ tal-mumenti li qattajna flimkien. Fl-istess ħin, bl-attendenza tagħkom ser tkun qed tgħinu sabiex jibdew jinġabru il-fondi għall-premises ġodda li rridu nirranġaw u li għad ikun "id-dar ta' ĊAMYouths". Għal din l-okkażjoni mistednin membri, familjari tagħkom u ħbieb oħra ta' ĊAMYouths inklużi l-MSSP u l-grupp ta' Lajċi MSSP. Id-dettalji ta din l-attivita' huma dawn: Post: Dar San Ġuzepp (Santa Venera) Data: Il-Ħadd, 23 ta' Ottubru 2011 Ħin: 4pm-9pm Ħlas: €5 (entrance fee) - tfal taħt l-10 snin jidħlu b'xejn Peress li l-ammont ta' nies huwa limitat minħabba l-post, qed nitolbu li jekk bi ħsiebek tiġi, tagħmel online booking billi taghfsu fuq din il-link: http://forms.camyouths.com/reuniting Fuq queries relatati ma' tickets, ibgħatulna fuq ms2011-tickets(at)camyouths.com. Il-programm jibda fl-4pm b'quddiesa bit-tema "Love will change the world" u jkompli b'attivitajiet. Ser ikun hemm stalls għall-bejgħ ta' ikel u xorb. Apparti minn hekk, ser ikun hemm post fejn it-tfal ikollhom attivitajiet apposta għalihom waqt li l-ġenituri jkunu jistgħu jgawdu is-serata. Peress li l-postijiet huma limitati, nerġa nħeġġiġkom biex tibdew tibbukjaw minn kmieni sabiex ma tkunux diżappuntati! :)) Nisperaw li narawkom! Sharon f'isem Mission Sunday PR Team |
LC: Inizjattivi Ġodda
Hi all Kif intom? Matul ĊAMKamp l-LC flimkien ma' Konnekxins ħabbarna żewġ inizzjattivi ġodda. 1. Ħloqna Facebook group biex il-membri ta' ĊAMYouths ikunu jistgħu jaqsmu ideat, inizzjativi tagħhom personali jew li jolqtuhom, jew affarijiet oħra ta' nteress għal membri ta' ĊAMYouths. L-email 'everyone(at)camyouths.com' ser jibda jintuża biss għall-affarijiet uffiċjali. Hu post ukoll fejn il-komunitajiet, LC, ST u teams oħra jistgħu jibgħatu x'inhuma jagħmlu jew x'inizzjattivi li jkunu ser jagħmlu. Il-grupp hu wieħed esklussiv għall-membri ta' ĊAMYouths u biex persuna tiġi nkluża trid tiġi mistiedna minn xi ħadd ieħor. Għalhekk jekk persuni fil-komunita tagħkom għadhom mhux inklużi fil-grupp stednuhom biex jidħlu. Fl-aħħar il-persuna trid tiġi aċċetta mill-administrators tal-grupp. http://www.facebook.com/groups/camyouths/ 2. It-tieni inizzjattiva hi kif nikkomunikaw opportunitajiet tal-EU/SKOP u konferenzi oħra minn Malta. Biex nevitaw li nibgħatu ħafna emails qegħdin noħolqu database li tinstab fil-website ta' ĊAMYouths : http://www.camyouths.com/home/resources/eu-skop-opportunities Barra minn hekk kull nhar ta' Erbgħa filgħodu ser tibda tintbgħat email b'PDF bl-inizzjativi li jkun available dik il-ġimgħa. Nħeġġukom biex tapplikaw għal dawn il-courses mħallsin mill-EU. Josephine Borg (Shamaya) u Marie Claire Testa (NRG) jistgħu jgħinukom aktar. Tistgħu anke tapplikaw bħala komunita. Ħudu ħsieb Adrian f'isem Leadership Committee |
Orkestra Kabataan
Orkestra Kabataan means Youth Orchestra in Filipino. This is the project’s title, aiming to improve the lives of many youths in the Bataan region in Manila. These youths have one thing in common, the love for music however they lack the resources needed to develop their talents. Orkestra Kabataan aims at realising this dream. All the money collected will be used to set up a music school, with all that it entails, including the purchase of new wind and string instruments, payments for music tutors and the building of extensions to the existing mission compound. Two groups of youths will benefit from this project: students (children up to college) and those who are out-of-school. For more information on this project or to donate, please visit http://www.okmusika.org. |